Skip to content

Intelliġenza artifiċjali

Skopri kif l-UE qed tiżgura li s-sistemi tal-IA jkunu sikuri u jirrispettaw id-drittijiet u l-valuri fundamentali tal-UE. 

L-intelliġenza artifiċjali qed tfassal mill-ġdid id-dinja tagħna billi tixpruna l-innovazzjoni, tagħti spinta lill-effiċjenza u ttejjeb il-ħajja ta' kuljum.

L-UE u l-istati membri tagħha bdew l-ewwel liġi tad-dinja biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-IA filwaqt li jippromwovu l-użu tagħha.

Laptop b'id diġitali tal-wireframe ħierġa mill-iskrin.

L-att dwar l-IA - l-ewwel liġi fid-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali

L-att dwar l-IA jindirizza r-riskji assoċjati mal-użi speċifiċi tal-IA, waqt li jikkategorizzahom f'erba' livelli ta' riskju u jistabbilixxi regoli differenti kif xieraq:

  • logħob tal-kompjuter, filtri tal-ispam: mhux regolat
  • chatbots: obbligi ta' trasparenza
  • użu fit-trasport, reklutaġġ, għoti ta' self: rekwiżiti stretti
  • punteġġ soċjali, rikonoxximent tal-wiċċ: ipprojbiti
Dijagramma ta' piramida invertita maqsuma f'erba' taqsimiet, kull waħda b'ikoni u kuluri distinti li juru l-erba' livelli ta' riskju tal-IA

Nifhmu l-intelliġenza artifiċjali

L-IA qed tittrasforma s-soċjetà u l-ekonomija. L-UE għandha l-għan li tiżgura li l-IA tkun iċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli.

Xi sistemi tal-IA jistgħu joħolqu riskji. L-att dwar l-IA jiżgura li l-IA tintuża b'mod sikur u f'konformità mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-UE.

Politiki oħra tal-UE dwar l-iżvilupp u l-użu tal-IA

Il-kumpaniji żgħar u n-negozji ġodda issa għandhom aċċess għas-supercomputers Ewropej biex jiżviluppaw u jittestjaw it-teknoloġiji tal-IA.

Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali jużaw algoritmi għall-ġestjoni tal-ħaddiema. Regoli ġodda jirrikjedu li l-ħaddiema jiġu nnotifikati dwar il-monitoraġġ awtomatizzat u t-teħid ta' deċiżjonijiet.

Att dwar l-IA: x'għandek tistenna fil-ħajja ta' kuljum

L-Unjoni Ewropea qed taħdem b'mod attiv biex ittejjeb l-ambjent diġitali għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha. Il-ħajja diġitali tagħna jeħtieġ li tkun sikura, faċli u tirrispetta l-libertajiet bażiċi.

Aqra l-artiklu tagħna dwar is-suġġett biex tiskopri kif l-UE qed toħloq eID komuni, trid regoli biex tiżgura IA sikura u affidabbli u qed tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data dwar is-saħħa fl-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa.

Persuna wieqfa fuq skrivanija, tħares lejn laptop miftuħ u żżomm magg, fuq sfond grafiku sempliċi kulur blu u aħdar lewn in-nagħniegħ.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Grafika li turi binjiet stilizzati, turbina eolika, bozza tiddi u vleġġa li tipponta 'l fuq, u fl-isfond grilja forma ta' globu.
X'qed tagħmel l-UE biex tagħti spinta lill-kompetittività tagħha

X'qed tagħmel l-UE biex tagħti spinta lill-kompetittività tagħha

Fl-isfond tidher ringiela ta' supercomputers, b'kodiċi binarju mifrux fuq ix-xellug, man-naħa ta' fuq. Fuq quddiem, persuna qed iżżomm laptop u tħares lejh.
L-UE tippjana li tagħti spinta lill-IA b'supercomputers

L-UE tippjana li tagħti spinta lill-IA b'supercomputers

Negozjanta miexja tul vleġġa tiddi magħmula minn linji simili għal ċirkwit, li tissimbolizza l-progress u t-trasformazzjoni diġitali.
Tranżizzjoni diġitali: insawru l-futur diġitali tal-UE

Tranżizzjoni diġitali: insawru l-futur diġitali tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026