Skip to content

Kronoloġija: Kooperazzjoni fi ħdan l-UE fir-rigward tas-sigurtà u d-difiża

  • 2009

    1 ta' Diċembru

    Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona. Il-PSDK tieħu post il-PESD

    Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, iffirmat fl-2007, u l-PESD tibda tissejjaħ il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK). Huwa jipprevedi l-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f'pajjiżi barra l-UE jsiru delegazzjonijiet tal-UE.

  • 2004

    12 ta' Lulju

    Ħolqien tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

    Tiġi stabbilita l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża biex tappoġġa lill-istati membri u lill-Kunsill Ewropew fit-titjib tal-kapaċitajiet ta' difiża Ewropej fil-qasam tal-maniġġar ta' kriżijiet u fis-sostenn lill-PSDK.

  • 2003

    12 ta' Diċembru

    Adottata l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà

    Is-summit ta' Brussell jadotta Strateġija Ewropea ta' Sigurtà. L-għan tad-dokument huwa li jkun hemm Ewropa sigura f'dinja aħjar, li jidentifika t-theddidiet li qed tiffaċċa l-UE, li jiddefinixxi l-objettivi strateġiċi tagħha u li jistabbilixxi l-implikazzjonijiet politiċi għall-Ewropa.

  • 2002

    16 ta' Diċembru

    Iffirmar ta' Berlin Plus

    Jiġi ffirmat l-arranġament "Berlin Plus", li jippermetti l-użu ta' strutturi, mekkaniżmi u assi tan-NATO fit-twettiq ta' missjonijiet tal-PESD.

  • 1999

    3 ta' Ġunju

    Tnedija tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESD)

    Fil-Kunsill Ewropew ta' Cologne, l-UE15 jiddeċiedu li jsaħħu l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni.

  • 1991

    9 ta' Diċembru

    Jitqiegħdu s-sisien tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni

    Il-Kunsill Ewropew ta' Maastricht iqiegħed is-sisien għal Unjoni politika bil-ħolqien ta' Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u għall-bidu ta' politika ta' difiża komuni, bħala t-tieni pilastru tat-Trattat ta' Maastricht.

    It-test jiġi ffirmat fi Frar 1992 u jidħol fis-seħħ f'Novembru 1993.