Timeline - Sanctions against cyber-attacks
-
2026
13 ta' LuljuSanzjonijiet ġodda b'rispons għall-attakki ċibernetiċi u l-attivitajiet malizzjużi tar-Russja
Il-Kunsill iddeċieda li jimponi sanzjonijiet fuq disa' individwi Russi u erba' entitajiet responsabbli għal attakki ċibernetiċi u involuti fihom li huma ta' theddida esterna għall-istati membri tal-UE u attivitajiet malizzjużi kontra l-UE u l-istati membri tagħha
Dawk issanzjonati jinkludu individwi u entitajiet involuti f'attakki ta' malware, operazzjonijiet ta' ransomware, kampanji ta' phishing u attakki ċibernetiċi oħra mmirati lejn infrastruttura kritika u servizzi essenzjali.
-
2026
11 ta' MejjuCouncil extends sanctions regime against cyber-attacks
The Council decided to extend the sanctions against actors involved in cyber-attacks threatening the EU and its member states until 18 May 2027.
The EU is deploying these sanctions to deter malicious cyber activities and uphold the international rules-based order by ensuring that those responsible are held to account.
-
2026
16 ta' MarzuSanzjonijiet ġodda fid-dawl tal-attakki ċibernetiċi kontra l-UE
Il-Kunsill adotta sanzjonijiet kontra tliet entitajiet u żewġ individwi responsabbli għal attakki ċibernetiċi mwettqa kontra l-istati membri tal-UE u s-sħab tal-UE. L-entitajiet elenkati jinkludu kumpaniji bbażati fl-Iran u fiċ-Ċina.
-
2025
12 ta' MejjuAttakki ċibernetiċi: il-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet u l-qafas legali
Illum il-Kunsill iddeċieda li jestendi s-sanzjonijietkontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-UE u lill-istati membri tagħha b'sena oħra,sat-18 ta' Mejju 2026.
Il-qafas legali għal dawn il-miżuri huwa estiż bi tliet snin sat-18 ta' Mejju 2028.
-
2025
27 ta' JannarSanzjonijiet ġodda b'reazzjoni għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi kontra l-Estonja
Il-Kunsill adotta sanzjonijiet addizzjonali kontra tliet individwi Russi responsabbli għal sensiela ta' attakki ċibernetiċi mwettqa kontra r-Repubblika tal-Estonja fl-2020.
L-individwi elenkati huma uffiċjali tal-Unità 29155 tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU).
-
2024
24 ta' ĠunjuL-UE tadotta sanzjonijiet ġodda kontra l-attakki ċibernetiċi
Il-Kunsill adotta sanzjonijiet kontra sitt persuni involuti f'attakki ċibernetiċi li jaffettwaw is-sistemi ta' informazzjoni relatati ma' infrastruttura kritika, funzjonijiet kritiċi tal-istat, il-ħżin jew l-ipproċessar ta' informazzjoni klassifikata u timijiet ta' rispons ta' emerġenza tal-gvern fl-istati membri.
Il-persuni sanzjonati jinkludu membri tal-gruppi Callisto, Armagedddon u Wizard Spider.
-
2022
16 ta' MejjuAttakki ċibernetiċi: il-Kunsill jestendi r-reġim tas-sanzjonijiet
Il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-qafas għal miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-UE u lill-istati membri tagħha għal tliet snin oħra, sat-18 ta' Mejju 2025.
Dan il qafas jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi mmirati fuq persuni jew entitajiet involuti f'attakki ċibernetiċi li jikkawżaw impatt sinifikanti, u li jikkostitwixxu theddida esterna għall-UE jew l-istati membri tagħha.
-
2021
17 ta' MejjuAttakki ċibernetiċi: il-Kunsill jestendi r-reġim tas-sanzjonijiet
Il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-qafas għal miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-UE jew lill-istati membri tagħha b'sena oħra, sat-18 ta' Mejju 2022.
Dan il-qafas jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi mmirati fuq persuni jew entitajiet involuti f'attakki ċibernetiċi li jikkawżaw impatt sinifikanti, u li jikkostitwixxu theddida esterna għall-UE jew l-istati membri tagħha.
-
2020
22 ta' OttubruSanzjonijiet b'rabta ma' attakk ċibernetiku fuq il-Bundestag
Il-Kunsill iddeċieda li jimponi miżuri restrittivi fuq żewġ individwi u entità waħda responsabbli għall-attakk ċibernetiku tal-2015 fuq il-Parlament Federali Ġermaniż (Bundestag). Dan l-attakk ċibernetiku kellu fil-mira s-sistema ta' informazzjoni tal-parlament u affettwa l-kapaċità tagħha li taħdem għal diversi jiem.
-
2020
30 ta' LuljuL-UE timponi għall-ewwel darba sanzjonijiet kontra attakki ċibernetiċi
Il-Kunsill iddeċieda li jimponi miżuri restrittivi kontra sitt individwi u tliet entitajiet responsabbli għal bosta attakki ċibernetiċi jew involuti fihom. Is-sanzjonijiet imposti jinkludu projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi, filwaqt li persuni u entitajiet mill-UE huma pprojbiti milli jagħmlu disponibbli fondi għal dawk elenkati.
-
2019
17 ta' MejjuAttakki ċibernetiċi: il-Kunsill jistabbilixxi qafas ta' sanzjonijiet
Il-Kunsill stabbilixxa qafas li jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi mmirati biex tiskoraġġixxi u tirreaġixxi għal attakki ċibernetiċi li jikkostitwixxu theddida esternalill-UE jew l-istati membri tagħha. Din id-deċiżjoni tippermetti lill-UE tissanzjona, għall-ewwel darba, persuni jew entitajiet li:
- huma responsabbli għal attakki ċibernetiċi jew tentattivi ta' attakki ċibernetiċi
- jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal dawn l-attakki
- huma involuti b'mod ieħor
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Lulju 2026