Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 10 ta' Ġunju 2015 12:30

Riforma tat-trade marks: Il-Kunsill jikkonferma ftehim mal-Parlament

Fl-10 ta' Ġunju 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill (Coreper) approva ftehim ta’ kompromess dwar ir-riforma tas-sistema Ewropea tat-trade marks.

Ir-riforma tas-sistema attwali ser ittejjeb il-kondizzjonijiet għan-negozji biex jinnovaw u biex jibbenefikaw minn protezzjoni tat-trade marks aktar effettiva kontra l-falsifikazzjoni, inklużi l-prodotti foloz fi transitu mit-territorju tal-UE.

Il-qafas legali l-ġdid huwa mmirat ukoll lejn sistemi tar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Unjoni Ewropea kollha aktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji f’termini ta’ inqas spejjeż u kumplessità, ħeffa akbar, aktar prevedibbiltà u ċertezza legali.

Il-passi li jmiss

Wara l-approvazzjoni tal-ftehim ta’ kompromess mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, it-testi legali jerġgħu lura għand il-Kunsill għal ftehim politiku, segwiti mir-reviżjoni tas-soltu mill-ġuristi-lingwisti qabel l-adozzjoni formali tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.

Wara, it-testi jiġu ppreżentati għal vot fit-tieni qari f’sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024