- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 13 ta' Lulju 2015 15:00
Data dwar id-defiċit f’Valenzja: Spanja mmultata għal rappurtar ħażin
Fit-13 ta’ Lulju 2015 il-Kunsill immulta lil Spanja s-somma ta' €18.93 miljun minħabba l-manipulazzjoni tad-data dwar id-defiċit fil-Komunità Awtonoma ta' Valenzja (Comunidad Valenciana).
Il-multa hi marbuta l-aktar man-nuqqas ta' reġistrazzjoni tan-nefqa tas-saħħa u n-nuqqas ta' rispett għall-prinċipju tad-dovuti mill-uffiċċju tal-awditur reġjonali.
Investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni sabet negliġenza serja fl-uffiċċju tal-awditur reġjonali tal-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja. Din in-negliġenza wasslet għal rappurtar mhux korrett minn Spanja tad-data tagħha dwar l-amministrazzjoni pubblika f’Marzu 2012 lill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE. Ir-rappurtar ħażin waqaf fl-2012.
Din hija l-ewwel darba li ngħatat multa għal manipulazzjoni ta’ data skont ir-regolament 1173/2011. Ir-regolament ġie adottat fl-2011 bħala parti minn tisħiħ tas-sorveljanza fiskali tal-UE.
Id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern huma element essenzjali għall-koordinament tal-politika ekonomika fil-livell tal-UE. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li jimponi multa fuq stat membru taż-żona tal-euro għall-finijiet tal-infurzar tas-sorveljanza tal-baġit. L-għan huwa li jiskoraġġixxi r-rappreżentazzjoni ħażina tad-data dwar id-defiċit u d-dejn, sew jekk intenzjonali kif ukoll minħabba negliġenza serja.
Id-deċiżjoni ttieħdet f’laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd, mingħajr diskussjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024