Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 11 ta' Awwissu 2015 11:15

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1142[1] li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK. 

Id-Deċiżjoni temenda l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. 

Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill. 

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.


 [1] Ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 185, p. 20.

* L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

 

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024