- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 15 ta' Frar 2016 19:05
Libja: Missjoni ta' assistenza għall-ġestjoni tal-fruntieri emendata u estiża
Fil-15 ta’ Frar 2016, l-UE emendat il-missjoni tagħha ta' assistenza għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) biex tagħmel provvediment għal kapaċità għall-ippjanar ċivili.
Il-Kunsill estenda wkoll il-missjoni b'sitt xhur sal-21 ta' Awwissu 2016.
Il-bidla tippermetti lil EUBAM Libya biex tgħin fl-ippjanar ta' bini ta' kapaċità ċivili possibbli fil-futur u missjoni ta' assistenza għall-immaniġġar ta' kriżijiet fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà. Il-kapaċità għall-ippjanar ċivili ser tikkoopera mill-qrib ma', u tikkontribwixxi għal, sforzi mill-Missjoni ta’ Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja, u tikkoordina mal-awtoritajiet Libjani leġittimi u interlokuturi tas-sigurtà rilevanti oħra.
Bħala parti mill-istrateġija tal-UE mmirata biex tappoġġa t-transizzjoni tal-Libja, il-missjoni tappoġġa l-bini tal-kapaċità biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri tal-Libja mill-art, il-baħar u l-ajru.
Il-missjoni tnediet f’Mejju 2013 permezz tad-deċiżjoni 2013/233/PESK. Din ġiet emendata u estiża permezz tad-deċiżjoni (PESK) 2015/2276 f’Diċembru 2015.
Attwalment qiegħda f’Tuneż, il-mandat tagħha ġie estiż b’sitt xhur sal-21 ta’ Awwissu 2016, sabiex jingħata aktar appoġġ għall-ippjanar ċivili. Is-saħħa awtorizzata ġdida tal-missjoni ser tkun persunal ta' 16-il persuna internazzjonali. Il-baġit tal-missjoni huwa ta’ €4.475 miljun.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024