"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 15/02/2016, 15 ta' Frar 2016

Riżultati ewlenin

Jeħtieġ li nirrispettaw l-impenji meħuda f’Munich. Aħna naraw qabża bejn dawn l-impenji u r-realtà fuq il-post fis-Sirja. lkoll konna tal-fehma li huwa fundamentali li jiġu mħarsa l-persuni ċivili fuq il-post, il-ħidma tal-NGOs u l-kunsinni ta’ għajnuna umanitarja. Dak li ġara llum f’Médecins Sans Frontières huwa kompletament inaċċettabbli. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Sirja 

Il-Kunsill ddiskuta s-sitwazzjoni politika, ta’ sigurtà u umanitarja fis-Sirja. Il-Ministri enfasizzaw l-appoġġ sħiħ tagħhom għar-Riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, waqt li talbu l-implimentazzjoni sħiħa tagħha mill-partijiet kollha. Huma kkundannaw l-attakki fuq persuni ċivili u enfasizzaw l-importanza ta’ miżuri għall-bini ta’ fiduċja mmexxija min-NU, l-aċċess umanitarju u r-rispett għall-waqfien mill-ġlied.  

Belarussja

Il-Kunsill laħaq deċiżjoni politika li ma jestendix il-miżuri restrittivi għal 170 individwu u tliet kumpanniji li l-elenkar tagħhom attwalment huwa sospiż. Madankollu huwa qabel li l-embargo fuq l-armi fuq il-Belarussja u l-miżuri restrittivi relatati ma' erba’ individwi elenkati b’rabta mal-għajbien mhux riżolt ta’ żewġ politiċi tal-oppożizzjoni, negozjant u ġurnalist, ser jiġu estiżi għal perjodu ta’ tnax-il xahar.

Moldova

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Moldova. Huwa adotta konklużjonijiet li jiffukaw fuq ir-riformi li l-Moldova trid twettaq skont il-ftehim ta’ assoċjazzjoni tagħha sabiex tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini.

Diplomazija dwar il-klima 

Il-Kunsill enfasizza r-rwol ta’ diplomazija Ewropea dwar il-klima biex tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar it-tibdil fil-klima li ntlaħaq f’Diċembru 2015. Huwa stabbilixxa l-parametri għal pjan ta’ azzjoni ta’ diplomazija dwar il-klima għall-2016, bil-messaġġi ewlenin iffokati fuq tliet oqsma ewlenin:

  • Il-promozzjoni tal-ħidma fil-qasam tat-tibdil fil-klima tibqa' prijorità strateġika fi djalogi diplomatiċi, id-diplomazija pubblika u l-istrumenti ta’ politika esterna;
  • L-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-kontributi intenzjonati determinati fuq livell nazzjonali fil-kuntest tal-iżvilupp b’emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
  • Żieda fl-isforzi biex tiġi indirizzata r-rabta bejn it-tibdil fil-klima, ir-riżorsi naturali, il-prosperità, l-istabbiltà u l-migrazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025