Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 15 ta' Settembru 2016 12:30

L-UE testendi s‑sanzjonijiet minħabba azzjonijiet kontra l‑integrità territorjali tal‑Ukrajna

Il-Kunsill estenda b'6 xhur l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE mmirati fuq azzjonijiet kontra l-integrità territorjali, s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Dawn is-sanzjonijiet jikkonsistu minn iffriżar tal-assi u projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar kontra 146 persuna u 37 entità. Huma ġew estiżi sal-15 ta’ Marzu 2017.

Il-miżuri kienu ġew introdotti f’Marzu 2014 u ġew estiżi l-aħħar f’Marzu 2016. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ma kinitx tiġġustifika tibdil fir-reġim tas-sanzjonijiet u lanqas fil-lista ta’ persuni u entitajiet taħt miżuri restrittivi. Informazzjoni u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-elenkar relatati ma’ dawn il-persuni u entitajiet ġew aġġornati kif meħtieġ.

L-atti legali huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE tas-16 ta’ Settembru 2016. Id-deċiżjoni ġiet adottata permezz ta’ proċedura bil-miktub.

Hemm fis-seħħ diversi miżuri tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi fl-Ukrajna, fosthom:

- sanzjonijiet ekonomiċi mmirati lejn setturi speċifiċi tal-ekonomija Russa, bħalissa fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar 2017;

- miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, limitati għat-territorju tal-Krimea u Sevastopol, bħalissa fis-seħħ sat-23 ta’ Ġunju 2017.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024