Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 17 ta' Novembru 2016 04:00

Intlaħaq qbil dwar il-baġit tal-UE għall-2017

Fis-17 ta' Novembru 2016, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu qbil dwar il-baġit tal-UE għall-2017 li jirrifletti b'mod qawwi l-prijoritajiet prinċipali tal-politika tal-UE. L-impenji totali huma stabbiliti għal €157.88 biljun u l-pagamenti għal €134.49 biljun.

"Is-saħħa tal-baġit tal-UE għall-2017 tinsab fl-iffukar tiegħu fuq miżuri ta’ prijorità bħall-indirizzar tal-migrazzjoni, inkluż l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tagħha, u t-tħeġġiġ tal-investiment bħala mezz biex jgħin biex jiġu stimulati t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Dan jimmassimizza l-impatt tal-baġit għall-benefiċċju tal-kontribwenti tal-UE, għaċ-ċittadini u l-kumpanniji Ewropej. U jirrispetta l-isforzi kontinwi tal-istati membri li jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom ", qal Ivan Lesay, is-Segretarju tal-Istat tal-Finanzi tas-Slovakkja u l-President tal-Kunsill.

Aktar flus għall-migrazzjoni u s-sigurtà

L-impenji maqbula ta’ kważi €6 biljun jfissru li madwar 11.3 % iktar flus ser ikunu disponibbli għall-indirizzar tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-rinforz tas-sigurtà milli fl-2016. Il-flus ser jintużaw biex jgħinu lill-istati membri fir-risistemazzjoni tar-refuġjati, il-ħolqien ta’ ċentri ta’ akkoljenza, l-appoġġ għal miżuri ta’ integrazzjoni u r-ritorn ta’ dawk li ma għandhomx dritt jibqgħu. Ser jgħinu wkoll biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri, il-prevenzjoni tal-kriminalità, l-attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika

Investiment fit-tkabbir u l-impjiegi

Kien hemm qbil dwar impenji ta’ €21.3 biljun biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ġodda taħt is-subintestatura 1a (kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi). Din hija żieda ta' madwar 12% meta mqabbel mal-2016. Din il-parti tal-baġit tkopri strumenti bħal Erasmus +, li jiżdied bi 19 % għal €2.1 biljun u l-fond Ewropew għal investimenti strateġiċi li jogħla b’25 % għal €2.7 biljun. Il-baġit tal-UE għall-2017 jinkludi wkoll €500.00 miljun f’impenji għall-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ biex jgħinu liż-żgħażagħ isibu impjieg. Intlaħaq qbil dwar €500.00 miljun oħra għall-appoġġ tal-bdiewa fis-settur tal-ħalib u f'dak ta' bhejjem oħra b'miżuri ta' appoġġ addizzjonali mħabbra f'Lulju.

Bil-ħsieb li jintlaħaq bilanċ bejn l-isforzi ta’ konsolidazzjoni tal-istati membri f’livell nazzjonali l-Kunsill u l-Parlament fakkru lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex ikomplu bit-tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal sal-2017 kif maqbul fl-2013.

  IntestaturiBaġit tal-UE għall-2017 (f'miljuni ta' €)
  ImpenjiPagamenti
 1. Tkabbir intelliġenti u inklużiv74,89856,522
 - 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi21,31219,321
 - 1b. Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali53,58737,201
 2. Tkabbir sostenibbli58,58454,914
 3. Sigurtà u ċittadinanza4,2843,787
 4. Ewropa globali10,1879,483
 5. Amministrazzjoni9,3959,395
 Strumenti speċjali534390
 TOTAL157,883134,490

Il-passi li jmiss

Il-baġit tal-UE għall-2017 huwa mistenni li jiġi adottat formalment mill-Kunsill fid-29 ta’ Novembru u mill-Parlament fl-1 ta’ Diċembru.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024