"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16/11/2016, 16 ta' Novembru 2016

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu qbil dwar il-baġit tal-UE għall-2017. L-impenji totali ġew stabbiliti għal €157.88 biljun u l-pagamenti għal €134.49 biljun.

Biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni u tissaħħaħ is-sigurtà l-Kunsill u l-Parlament qablu li jżidu l-impenji b’madwar 11.3 % meta mqabbla mal-2016 biex jilħqu €5.91 biljun. Il-flus ser jintużaw biex jgħinu lill-istati membri fir-risistemazzjoni tar-refuġjati, il-ħolqien ta’ ċentri ta’ akkoljenza, l-appoġġ għal miżuri ta’ integrazzjoni u r-ripatrijazzjoni ta’ dawk li ma għandhomx dritt jibqgħu. Dawn ser jgħinu wkoll biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri, il-prevenzjoni tal-kriminalità, attivitajiet ta’ kontra t-terroriżmu u l-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika.

Kien hemm qbil dwar impenji ta’ €21.3 biljun biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ġodda taħt is-subintestatura 1a (kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi). Din hija żieda ta' madwar 12% meta mqabbla mal-2016. Din il-parti tal-baġit tkopri strumenti bħal Erasmus+ li jiżdied bi 19 % għal €2.1 biljun u l-fond Ewropew għal investimenti strateġiċi li jiżdied b’25 % għal €2.7 biljun. Il-baġit tal-UE għall-2017 jinkludi wkoll €500.00 miljun f’impenji għall-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ biex tgħin liż-żgħażagħ isibu xogħol. Kien hemm qbil dwar €500.00 miljun oħra biex ikunu appoġġati l-bdiewa tal-ħalib u tal-bhejjem b’miżuri ta’ appoġġ addizzjonali mħabbra f’Lulju.

Is-saħħa tal-baġit tal-UE għall-2017 tinsab fl-iffukar tiegħu fuq miżuri ta’ prijorità bħall-indirizzar tal-migrazzjoni, inkluż l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tagħha, u t-tħeġġiġ tal-investiment bħala mezz biex jgħin biex jiġu stimulati t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Dan jimmassimizza l-impatt tal-baġit għall-benefiċċju tal-kontribwenti tal-UE, għaċ-ċittadini u l-kumpanniji Ewropej. U jirrispetta l-isforzi kontinwi tal-istati membri li jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom.

Ivan Lesay, segretarju tal-istat għall-finanzi tas-Slovakkja u President tal-Kunsill

Il-baġit tal-UE għall-2017 mistenni li jiġi adottat formalment mill-Kunsill fid-29 ta’ Novembru, u mill-Parlament fl-1 ta’ Diċembru.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025