Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 11 ta' Mejju 2017 10:33

Programm ta’ appoġġ għar-riforma strutturali approvat mill-Kunsill

Fil-11 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill approva programm ta' €142.8 biex jgħin lill-istati membri jimplimentaw riformi strutturali.

Il-programm ser jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali mmirati lejn it-titjib tal-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir, l-impjiegi, il-koeżjoni u l-investiment. Huwa ser jopera b'appoġġ għall-proċessi ta’ governanza ekonomika tal-UE, filwaqt li jiffinanzja azzjonijiet u attivitajiet b'valur miżjud Ewropew.

"Din l-inizjattiva l-ġdida tibni fuq l-esperjenza miksuba waqt l-għoti ta' assistenza teknika lil pajjiżi fi programmi ta' aġġustament ekonomiku," qal Ian Borg, is-segretarju parlamentari Malti għall-presidenza tal-UE u l-fondi tal-UE 2017. "Hija ser tippermettilna ngħinu lill-pajjiżi membri kollha biex jibbenifikaw minn dik l-esperjenza meta jwettqu riformi importanti."

Ir-regolament kien adottat f’laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd, mingħajr diskussjoni.

Il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-programm fis-27 ta’ April 2017, li ser ikopri l-perijodu 2017–20. Dan isegwi ftehim mar-rappreżentanti tal-Parlament li ntlaħaq fit-8 ta’ Frar 2017.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024