- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 4 ta' Lulju 2017 16:00
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi ma' miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/905[1] li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK.
Id-Deċiżjoni temenda l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, billi żżid disa’ persuni mal-lista.
Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u l-Albanija* u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dawn ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tilqa' u tieħu nota ta' dan l-impenn.
[1] Ippubblikata fid-29.05.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 138, p. 6.
* L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u l-Albanija jkomplu jagħmlu parti mill-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Maja Kocijančič Kelliem tas-SEAE
- +32 2 298 65 70
- +32 498 98 44 25
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024