"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
L-istati membri taż-żona tal-euro jirrakkomandaw li l-Kroazja ssir l-20 membru taż-żona tal-euro
Illum, il-Grupp tal-Euro approva rakkomandazzjoni mill-istati membri taż-żona tal-euro lill-Kunsill. Il-ministri qablu mal-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew li l-Kroazja ssodisfat il-kriterji ta' konverġenza. Ir-rakkomandazzjoni tipproponi li l-Kroazja għandha tintroduċi l-euro fl-1 ta' Jannar 2023. Dan huwa l-ewwel pass fi proċess li bih il-Kunsill tal-UE jadotta atti legali li jippermettu lill-Kroazja ssir membru taż-żona tal-euro u tibbenefika mill-użu tal-munita komuni tagħna, l-euro, mis-sena d-dieħla.
Bi pjaċir kbir inħabbar li l-Grupp tal-Euro qabel illum li l-Kroazja tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa biex tadotta l-euro. Dan huwa pass kruċjali fit-triq tal-Kroazja biex issir l-20 membru taż-żona tal-euro tagħna u sinjal qawwi għall-integrazzjoni Ewropea. Nixtieq nagħti ġieħ partikolari lill-gvern Kroat għall-impenn u l-ħidma qawwija tiegħu biex jikseb dan ir-riżultat matul dawn l-aħħar ftit snin, f'ċirkostanzi partikolarment diffiċli.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-passi li jmiss
Din ir-rakkomandazzjoni mistennija li tiġi adottata mill-Kunsill Ecofin (b'vot ta' maġġoranza kwalifikata tal-istati membri taż-żona tal-euro) fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2022. Il-Kunsill mistenni wkoll japprova ittra mill-President tal-Kunsill Ecofin lill-Kunsill Ewropew. Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti wkoll din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tat-23 u l-24 ta' Ġunju.
Il-proċess ser jintemm bl-adozzjoni mill-Kunsill (wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew) ta' tliet atti legali li huma meħtieġa biex il-Kroazja tkun tista' tintroduċi l-euro fl-1 ta' Jannar 2023. L-adozzjoni ta' dawn l-atti mistennija li sseħħ f'Lulju.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin: