- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 25 ta' Marzu 2024 10:10
Sigurtà tal-provvista tal-gass: Il-Kunsill japprova b'mod finali l-miżuri tat-tnaqqis volontarju fid-domanda
Illum il-Kunsill adotta formalment ir-rakkomandazzjoni li tħeġġeġ l-istati membri jkomplu jnaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom sal-31 ta' Marzu 2025, b'mill-inqas 15% meta mqabbel mal-konsum medju tagħhom tal-gass mill-1 ta' April 2017 sal-31 ta' Marzu 2022.
Din ir-rakkomandazzjoni ser tgħin lill-istati membri biex jieħdu miżuri adegwati ta' sigurtà tal-provvista sat-traspożizzjoni tad-direttivi dwar l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fl-2025. Iż-żewġ direttivi ser iġibu tnaqqis strutturali fid-domanda fil-futur qrib, filwaqt li jilħqu l-għanijiet ta' dekarbonizzazzjoni tal-UE.
Ir-regolament preċedenti dwar il-miżuri għat-tnaqqis tad-domanda għall-gass ġie adottat fl-2022 bħala rispons urġenti għall-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna u ġie estiż b'sena fl-2023. Ser jieqaf japplika fil-31 ta' Marzu 2024. Bis-saħħa tal-miżuri għat-tnaqqis tad-domanda, l-UE rnexxielha telimina gradwalment madwar 65 biljun metru kubu ta' gass Russu fl-2023, primarjament fl-unitajiet domestiċi u fl-industriji.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Is-sigurtà tal-provvista tal-gass: l-istati membri jaqblu dwar rakkomandazzjoni biex jitkomplew il-miżuri volontarji għat-tnaqqis tad-domanda (stqarrija għall-istampa, 4 ta' Marzu 2024)
- L-istati membri jaqblu li jestendu l-mira ta' tnaqqis volontarju ta' 15% fid-domanda għall-gass (stqarrija għall-istampa, 28 ta' Marzu 2023)
- Il-Kunsill jadotta regolament dwar it-tnaqqis fid-domanda għall-gass bi 15% din ix-xitwa (stqarrija għall-istampa, 5 ta' Awwissu 2022)
- Il-prezzijiet tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista (informazzjoni ġenerali)
- Il-qabża fl-enerġija: kif il-pajjiżi tal-UE affrontaw kriżi kkawżata mir-Russja u qed isawru mill-ġdid il-provvista tal-enerġija (ħarsa mill-qrib)
- X'inhi rakkomandazzjoni? (informazzjoni ġenerali)
Kuntatti għall-istampa
-
Peristera Dimopoulou Press officer
- +32 471 33 53 26
- +32 2 281 61 56
- @eri_dimopoulou
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Jannar 2025