Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
55 riżultat
Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE
Regoli aktar sempliċi huma kruċjali biex tissaħħaħ il-kompetittività fit-tul tal-UE. L-UE għaddejja sew bis-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'diversi oqsma, filwaqt li tipproteġi wkoll l-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha.

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
L-att tal-UE dwar l-IA huwa l-ewwel liġi fid-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali. Għandu l-għan li jiżgura li s-sistemi tal-IA jkunu sikuri, etiċi u affidabbli.

Appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)
L-SMEs huma s-sinsla tal-industrija u l-ekonomija Ewropej. L-UE qed taħdem b'mod attiv biex issaħħaħ ir-reżiljenza u l-kompetittività tagħhom.

Nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE: it-triq 'il quddiem
Fil-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2026, il-mexxejja tal-UE qablu dwar aġenda ta' miżuri konkreti bi skadenzi ambizzjużi biex jissaħħu l-kompetittività, ir-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-UE.

L-industrija taċ-ċipep tal-UE
L-att tal-UE dwar iċ-ċipep jirrikonoxxi r-rwol essenzjali li għandhom il-mikroċipep f'kollox, mill-elettronika tal-konsumatur sal-infrastruttura kritika, u l-kontribut importanti tagħhom għall-kompetittività tal-UE.

Programm għall-industrija tad-difiża Ewropea
Il-programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) huwa wieħed mill-ħafna inizjattivi li ħadet l-UE biex tagħti spinta lill-prontezza tad-difiża tagħha u ssaħħaħ l-industrija tad-difiża tal-Ewropa fid-dawl ta' xenarju ta' sigurtà li qed jevolvi.

Kemm ħażnu gass il-pajjiżi tal-UE?
Skopri aktar dwar il-kapaċità ta' ħżin tal-gass tal-istati membri tal-UE u dwar il-livelli tal-mili tar-riżervi tal-gass sotterranji fl-UE.

Boxxla għall-Kompetittività
Il-boxxla għall-kompetittività tipprovdi pjan li jippermetti lill-Ewropa terġa' tikseb it-tkabbir ekonomiku u l-prosperità tagħha.

Il-politika industrijali tal-UE
Il-politika industrijali tal-UE għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-UE u li tippromwovi ekonomija aktar sostenibbli, reżiljenti u diġitalizzata li toħloq l-impjiegi.

Ir-rwol tal-UE fil-kummerċ dinji
L-Unjoni Ewropea hija l-blokk kummerċjali prinċipali fid-dinja għall-kummerċ ikkombinat ta' oġġetti u servizzi, u fl-2025 kellha sehem ta' madwar 15.9% tal-kummerċ dinji.
