Skip to content

Il-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima (f'biljuni ta' euro)

L-UE u s-27 stat membru tagħha huma l-akbar fornituri ta' finanzjament għall-klima fid-dinja.

Fl-2024, huma kkontribwew €31.7 biljun minn sorsi pubbliċi u mmobilizzaw €11 biljun addizzjonali f'finanzjament privat biex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fl-adattament għall-impatti tiegħu.

Il-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima (f'biljuni ta' euro)

Mill-2013, l-Ewropa żiedet b'aktar mid-doppju l-fondi miġbura biex tgħin lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp itaffu l-impatt tat-tibdil fil-klima u jadattaw għalih.

Verżjoni testwali

Il-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima (f'biljuni ta' euro)

Mill-2013 'l hawn, l-Ewropa żiedet b'aktar mid-doppju l-fondi li ġabret biex tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw itaffu l-impatt tat-tibdil fil-klima u jadattaw għalih.

L-UE u l-istati membri tagħha ġabru:

  • €9.6 biljun fl-2013
  • €14.5 biljun fl-2014
  • €17.6 biljun fl-2015
  • €20.2 biljun fl-2016
  • €20.4 biljun fl-2017
  • €21.7 biljun fl-2018
  • €23.2 biljun fl-2019
  • €23.4 biljun fl-2020
  • €23 biljun fl-2021
  • €28.5 biljun fl-2022*
  • €28.6 biljun fl-2023*
  • €31.7 biljun fl-2024*

Is-sorsi għaċ-ċifri jinkludu l-baġit tal-UE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Bank Ewropew tal-Investiment.

* Mill-2022 'l hawn, iċ-ċifra ġenerali tal-finanzi pubbliċi ġiet ikkalkulata bl-użu ta' metodoloġija ġdida, ibbażata fuq impenji għal finanzjament bilaterali u żborżi ta' finanzjament multilaterali li saru fl-istess sena.

Il-€31.7 biljun f'finanzjament għall-klima minn sorsi pubbliċi jinkludu €4.6 biljun mill-baġit tal-UE, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u €2.4 biljun mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Iċ-ċifra ġenerali tal-finanzi pubbliċi hija kkalkulata abbażi tal-impenji għal finanzjament bilaterali u l-iżborżi ta' finanzjament multilaterali rrapportati għall-2024.

Iċ-ċifra ta' €11 biljun tirrappreżenta l-appoġġ finanzjarju privat mmobilizzat permezz ta' interventi pubbliċi (eż. garanziji, self sindakat, investimenti diretti f'kumpaniji, linji ta' kreditu, eċċ.). Ma tinkludi l-ebda finanzjament pubbliku użat biex jiġi mmobilizzat dan l-appoġġ finanzjarju privat.

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2026