Regolament dwar il-protezzjoni tad-data
Protezzjoni tad-data Ewropea għall-era diġitali
Protezzjoni aħjar tad-data personali
- Proċessar ta' data jeħtieġ kunsens ċar
- Limiti fuq l-użu ta' proċessar awtomatizzat ta' data biex jittieħdu deċiżjonijiet, eż. tfassil ta' "profili" ta' individwi
- Dritt ta' rettifika u tneħħija ta' data, inkluż id-"dritt li tkun minsi" għal data miġbura fit-tfulija
- Dritt ta' notifika jekk id-data tkun kompromessa
- Aktar tagħrif u tagħrif aktar ċar dwar l-ipproċessar
- Dritt li tressaq data minn fornitur ta' servizz għal ieħor
- Aċċess eħfef għad-data personali
- Salvagwardji aktar stretti għat-trasferimenti ta' data personali barra mill-UE
Aktar opportunitajiet għan-negozju
- Kundizzjonijiet indaqs għan-negozji kollha tal-UE u mhux tal-UE li joffru prodotti u servizzi fl-UE
- Sett ta' regoli wieħed għall-UE kollha
- Regoli li jippermettu lin-negozji, speċjalment l-SMEs, jibbenefikaw bl-aħjar mod mis-Suq Uniku Diġitali
- Approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li jirrikonċilja l-obbligi tal-kontrolluri mal-livell ta' riskju tal-ipproċessar
Applikazzjoni aktar konsistenti u infurzar effettiv
- Individwi u negozji jistgħu jressqu l-każijiet tagħhom quddiem awtorità għall-protezzjoni tad-data u qorti qrib tagħhom
- Punt uniku ta' servizz għal individwi u negozji f'każijiet transfruntiera bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data
Multi
- Sa €20 miljun jew
- 4 % tal-fatturat annwali dinji
Ir-regolament dwar il-protezzjoni tad-data jistipula d-drittijiet tal-individwi u jistabbilixxi l-obbligi ta' dawk li jipproċessaw d-data u ta' dawk responsabbli mill-ipproċessar tagħha.
Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna li ġejja: