Skip to content

Att dwar is-Swieq Diġitali

Il-Presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew iffirmaw l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA) fl-14 ta' Settembru 2022.

Id-DMA għandu l-għan li jiżgura settur diġitali kompetittiv u ġust bil-ħsieb li jiġu promossi l-innovazzjoni, prodotti u servizzi diġitali ta' kwalità għolja u prezzijiet aktar ġusti għall-konsumaturi.

Infografika dwar l-att dwar is-swieq diġitali, li tiddeskrivi x'inhu u l-fatti relatati miegħu

X'inhu l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA)?

Huwa ġabra ġdida ta' regoli tal-UE li ser tiżgura kompetizzjoni ġusta fuq il-pjattaformi diġitali.

Fatti:

  • Illum, hemm 'il fuq minn 10 000 pjattaforma online għal SMEs b'rata għolja ta' tkabbir joperaw fl-ekonomija diġitali tal-UE.
  • Għadd żgħir biss ta' pjattaformi online kbar, magħrufa bħala l-"gwardjani", għandhom l-ikbar sehem tas-suq.

Il-gwardjani huma pjattaformi diġitali:

  1. b'aktar minn 45 miljun utent finali attiv kull xahar
  2. b'fatturat ta' €7.5 biljun jew aktar fl-aħħar tliet snin finanzjarji

Il-gwardjani mhux ser jitħallew:

  • jippromwovu żżejjed il-prodotti tagħhom
  • jillimitaw il-possibbiltajiet ta' ħlas għall-metodu ta' ħlas tagħhom stess
  • jużaw mill-ġdid data personali miġbura matul servizz wieħed għall-finijiet ta' servizz ieħor
  • jimponu kundizzjonijiet inġusti fuq l-utenti kummerċjali
  • jinstallaw minn qabel ċerti applikazzjonijiet tas-software
  • jirrestrinġu l-utenti kummerċjali tal-pjattaformi
  • jużaw ċerti prattiki ta' raggruppament (bejgħ ta' oġġetti differenti bħala pakkett)

Il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-obbligi l-ġodda jirriskjaw multi sa 10% tal-fatturat madwar id-dinja jew sa 20% fil-każ ta' reċidività.

L-implimentazzjoni tal-Att Ewropew dwar is-Swieq Diġitali ser:

  • toħloq kompetizzjoni aktar ġusta għan-negozji diġitali
  • tiġġenera aktar innovazzjoni
  • tipprovdi protezzjoni għall-konsumaturi