Skip to content

L-Att tal-UE dwar iċ-Ċipep

Iċ-ċipep huma essenzjali għal firxa wiesgħa ta' prodotti teknoloġiċi u diġitali, bħall-karozzi, l-apparat domestiku u l-elettronika. Minħabba kwistjonijiet ġeostrateġiċi u interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista, l-industriji Ewropej bħalissa qed jiffaċċjaw sfidi fil-provvista ta' semikondutturi.

L-Att dwar iċ-Ċipep għandu l-għan li jnaqqas il-vulnerabbiltajiet tal-UE u d-dipendenzi tagħha minn atturi barranin. Dan ser itejjeb is-sigurtà tal-provvista, ir-reżiljenza u s-sovranità teknoloġika tal-UE fil-qasam taċ-ċipep.

Fil-25 ta' Lulju 2023, l-UE adottat l-Att dwar iċ-Ċipep. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jirduppjaw is-sehem tal-UE fis-suq globali tas-semikondutturi, minn 10% għal mill-inqas 20% sal-2030.

Infografika li tispjega l-importanza tal-(mikro)ċipep u l-evoluzzjoni tas-suq taċ-ċipep globalment.

L-att tal-UE dwar iċ-ċipep: tisħiħ tal-kompetittività tal-UE fit-teknoloġiji tas-semikondutturi

Il-(mikro)ċipep jew is-semikondutturi huma d-DNA tat-teknoloġija moderna.

X'inhi mikroċippa?

  • mikroċippa hija sett ta' ċirkwiti elettroniċi fuq biċċa żgħira u ċatta ta' materjal semikonduttur, normalment siliċju
  • mikroċippa d-daqs ta' difer jista' jkun fiha biljuni ta' transistors, li huma swiċċijiet ikkontrollati elettronikament

Iċ-ċipep jistgħu jaqbdu, jaħżnu u jipproċessaw data u jaġixxu fuqha. Jistgħu jinqasmu fi tliet kategoriji:

  • ċipep loġiċi
  • ċipep tal-memorja
  • ċipep DAO (diskreti, analoġiċi u oħrajn)

Iċ-ċipep jintużaw

  • fil-ħajja ta' kuljum: xogħol, edukazzjoni, divertiment, fid-dar (friġġ, magna tal-ħasil, dwal LED)
  • għal applikazzjonijiet kritiċi: karozzi, ajruplani, kura tas-saħħa (tagħmir mediku)
  • għal infrastrutturi essenzjali: enerġija, mobbiltà, data u komunikazzjoni (kompjuters, smartphones)

u huma essenzjali għall-ekonomija futura (enerġija ekoloġika, Internet tal-Oġġetti, intelliġenza artifiċjali, pjattaformi ta' computing ta' prestazzjoni għolja)

  • Smartphone wieħed fih madwar 160 ċippa
  • Karozza elettrika ibrida waħda fiha sa 3500 ċippa

Is-suq taċ-ċipep

1.1 triljun mikroċippa - il-produzzjoni globali ta' mikroċipep fl-2021 (madwar 140 ċippa għal kull persuna fid-dinja)

Is-sehem tal-UE fil-produzzjoni dinjija tal-mikroċipep huwa ta' 10% (2020)

L-ishma tas-suq tal-Ewropa fil-produzzjoni taċ-ċipep għal setturi differenti:

  • awtomobilistiku: 27%
  • ajruspazju/difiża/sigurtà: 22%
  • industrija: 20%
  • saħħa u kura: 19%
  • apparati domestiċi: 17%
  • awdjo u vidjo: 11%
  • kompjuters personali u pproċessar ta' data: 5%
  • telekomunikazzjoni: 4%

Kif ser jevolvi s-suq?

Id-domanda għaċ-ċipep mistennija tirdoppja bejn l-2022 u l-2030.

Huwa stmat li fl-2030 il-valur tal-industrija tas-semikondutturi ser ikun madwar $1 triljun.

Tabella: Tbassir tad-daqs tas-suq tas-semikondutturi skont l-applikazzjoni (biljuni ta' $)

Għaliex għandna bżonn l-att tal-UE dwar iċ-ċipep?

Il-produzzjoni taċ-ċipep tinvolvi aktar minn 1000 pass:

  • materjali
  • disinn
  • tagħmir
  • manifattura
  • kummerċjalizzazzjoni

Ħafna atturi madwar id-dinja huma involuti fil-manifattura taċ-ċipep. Huma jikkollaboraw u jinnegozjaw prodotti, spiss fil-kuntest ta' ktajjen ta' provvista kumplessi u vulnerabbli. Teknoloġiji u attivitajiet speċifiċi huma konċentrati f'għadd limitat ta' kumpaniji u reġjuni.

Interruzzjonijiet fil-produzzjoni taċ-ċipep jistgħu joħolqu skarsezzi u jkollhom konsegwenzi kbar.

L-għan tal-att tal-UE dwar iċ-ċipep huwa li:

  • jiżgura tisħiħ tal-kapaċitajiet fuq skala kbira u innovazzjoni fl-UE
  • jiżgura li l-UE tkun ferm aktar awtosuffiċjenti
  • jiżgura li l-UE tkun tista' tirreaġixxi malajr f'każ ta' kriżijiet fil-provvista