Kriżi tal-enerġija: Tliet miżuri kkoordinati mill-UE biex jitnaqqsu l-kontijiet
Fl-2022, il-prezzijiet tal-enerġija laħqu livelli rekord , speċjalment bħala konsegwenza tal-invażjoni mhux ġustifikata tal-Ukrajna u l-użu tal-provvisti tal-gass bħala arma tal-gwerra mir-Russja.
Il-prezz bl-ingrossa tal-elettriku fis-suq intern tal-UE huwa marbut direttament mal-prezz tal-gass – li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa importat. It-tnaqqis intenzjonat tal-provvisti tal-gass mir-Russja kien il-kawża ewlenija taż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-gass fl-UE. Dan kellu impatt fuq il-prezz tal-elettriku prodott f'impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass u affettwa l-prezzijiet tal-elettriku b'mod ġenerali.
Il-pajjiżi tal-UE adottaw regolament ta' emerġenza biex jindirizzaw il-prezzijiet għoljin u jgħinu liċ-ċittadini u lin-negozji l-aktar milqutin mill-kriżi tal-enerġija.
Ir-regoli ġew adottati malajr mill-ministri għall-enerġija tal-UE fil-Kunsill f'Ottubru 2022. Ir-regolament applika mill-1 ta' Diċembru 2022 sal-31 ta' Marzu 2023.
L-infografika tippreżenta r-regoli kif adottati fl-2022.
- Il-Kunsill jadotta formalment il-miżuri ta' emerġenza biex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija (stqarrija għall-istampa, 6 ta' Ottubru 2022)
- Il-prezzijiet tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista (informazzjoni ġenerali)
- L-impatt tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fuq is-swieq: rispons tal-UE (informazzjoni ġenerali)