Skip to content

Semestru Ewropew

Infografika dwar is-Semestru Ewropew

Semestru Ewropew

Kronoloġija

Fażi preparatorja: analiżi tas-sitwazzjoni u segwitu tas-sena preċedenti

Fażi 1: gwida politika fil-livell tal-UE

Fażi 2: gwida speċifika għall-pajjiżi

Fażi 3: implimentazzjoni

Lejn l-aħħar tas-sena jibda ċiklu ġdid, meta l-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni ekonomika għas-sena li jmiss.

Min jagħmel xiex?

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-"pakkett tal-ħarifa":

  • politiki ekonomiċi u fiskali: stħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli
  • abbozz ta' rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro
  • koordinazzjoni soċjoekonomika: abbozz ta' rapport konġunt dwar l-impjiegi
  • żbilanċi makroekonomiċi: rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija (evalwazzjonijiet fil-fond tal-pajjiżi f'riskju ta' żbilanċi makroekonomiċi)

Il-Kunsill tal-UE:

  • jiddiskuti u japprova konklużjonijiet dwar l-istħarriġ dwar it-tkabbir u r-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija
  • japprova rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro
  • jaddotta rapport konġunt finali dwar l-impjiegi

Il-Parlament Ewropew:

  • jista' jiddiskuti u jippubblika r-rapport propju tiegħu dwar l-istħarriġ dwar it-tkabbir
  • jipprovdi opinjoni dwar il-linji gwida dwar l-impjiegi

Il-Kunsill Ewropew (kapijiet ta' stat jew ta' gvern) jipprovdi gwida politika.

L-istati membri:

  • jindikaw l-objettivi, il-prijoritajiet u l-pjanijiet ta' riforma u investiment speċifiċi tagħhom
  • iħejju rapport ta' progress annwali (mill-2025).

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, rapporti dwar il-pajjiżi u klassifikazzjoni aġġornata tal-pajjiżi fil-kuntest tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku (il-"pakkett tar-rebbiegħa").

Il-Kunsill tal-UE jaqbel dwar ir-rakkomandazzjonijiet finali speċifiċi għall-pajjiżi.

Il-Kunsill Ewropew jiddiskutihom.

Il-Kunsill tal-UE jadottahom.

L-istati membri jqisu r-rakkomandazzjonijiet fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet nazzjonali dwar il-baġits nazzjonali tas-sena li jmiss.

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025