Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 17 ta' Frar 2014

Il-Kunsill jeżamina l-promozzjoni tal-prodotti tal-biedja fl-UE u lil hinn minnha

Is-settur agroalimentari tal-UE

Fi ħdan l-industrija tal-manifattura Ewropea, is-settur agroalimentari huwa s-settur li jħaddem l-aktar impjegati b'4.2 miljun impjieg u fatturat ta' €954 biljun. L-UE tista' tgħid li hija l-importatur u l-esportatur ewlieni fid-dinja ta' prodotti agroalimentari. Bis-sehem tagħha ta' esportazzjonijiet u importazzjonijiet globali li jammontaw għal 18% u 20% rispettivament, l-UE tikkompeti mal-Istati Uniti għall-ewwel post.

Fis-17 ta' Frar 2014, il-ministri tal-agrikoltura tal-UE ddiskutew abbozz ta' regolament bil-għan tar-riforma tal-politika dwar l-informazzjoni u l-promozzjoni għall-prodotti agrikoli tal-UE.

Il-proposta tipprova  tiżviluppa u tikseb swieq ġodda fl-UE u f'pajjiżi li mhumiex fl-UE,  billi ġġib il-konsumaturi aktar konxji mill-kwalità tal-prodotti agrikoli Ewropej. Biex tagħmel dan, għandha l-għan toħloq  għodod promozzjonali ġodda tikkonċentra l-azzjoni tal-UE  fuq prodotti u swieq ta' prijorità.

Fid-diskussjoni tagħhom, il-ministri taw ħarsa lejn il-modi kif issir promozzjoni effiċjenti tal-prodotti fis-suq intern u qajmu l-kwistjoni tal-possibbiltà ta' kofinanzjament nazzjonali tal-politika.

Skont il-proposta, il-baġit tal-politika jiżdied minn €61.5 miljun fl-2013 għal €200 miljun fl-2020. Il-Kunsill kellu l-għan li jilħaq qbil mal-Parlament Ewropew qabel l-elezzjonijiet Ewropej skedati għal Mejju 2014.

Suġġetti oħrajn fuq l-aġenda

"Kul tajjeb - biex tħossok tajjeb"

Il-ministri semgħu wkoll preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar proposta għall-amalgamazzjoni u s-simplifikazzjoni taż-żewġ skemi tal-iskejjel li ilhom għaddejjin, li bħalissa huma separati, li joffru ħalib u frott sussidjat lit-tfal tal-iskola Ewropej.

L-inizjattiva "Kul tajjeb - biex tħossok tajjeb" tgħaqqad l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel mal-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel sabiex titnaqqas il-burokrazija u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fl-imgħoddi.

Billi t-tfal isiru aktar konxji mill-benefiċċji ta' dieta tajba għas-saħħa u billi tiżdied il-firxa tal-prodotti tal-art disponibbli, l-inizjattiva għandha l-mira li tbiddel id-drawwiet tal-ikel. L-għan tagħha huwa li tikkumpensa għat-tnaqqis fil-konsum tal-frott, il-ħxejjex u l-ħalib u tiġġieled kontra l-obeżità.

L-iskema konġunta l-ġdida, ladarba jintlaħaq qbil dwarha, ser ikollha baġit ta' €230 miljun kull sena skolastika.       

Is-settur tal-ħalib tal-UE

Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu dwar il-qagħda attwali fis-settur tal-prodotti tal-ħalib tal-UE u l-ġejjieni tiegħu lil hinn mill-2015 meta jiskadu l-kwoti tal-ħalib. 

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025