"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku għall-2026. Dan il-ftehim jiddetermina l-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-kwoti għal kull stat membru għall-istokkijiet tal-ħut l-aktar kummerċjalment sinifikanti fil-Baħar Baltiku, jiġifieri l-laċċa kaħla, l-aringa, il-bakkaljaw, il-barbun tat-tbajja', u s-salamun.
Il-Ftehim tal-lum jittratta l-iżgurar tal-futur komuni tagħna. B'hekk insibu bilanċ bejn il-ħtieġa li niżguraw stokk tas-sajd sostenibbli, nipproteġu l-ekosistemi tal-baħar tagħna, u nissalvagwardjaw il-vijabbiltà fit-tul tal-komunitajiet tas-sajd tagħna.
Jacob Jensen, Ministru għall-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd tad-Danimarka
Il-Baħar Baltiku qed jiffaċċa bosta sfidi, inkluż it-telf tal-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, l-effetti tas-sajd żejjed fil-passat, u livelli għoljin ta' kontaminanti u skart.
Il-ftehim politiku għandu l-għan li jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tal-istokkijiet fir-reġjun, kif ukoll il-vijabbiltà tas-settur tas-sajd.
Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku
Il-ministri għas-sajd kellhom diskussjoni bil-ħsieb li jipprovdu gwida strateġika għat-tħejjijatal-pożizzjoni tal-UEgħal-laqgħa annwali tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).
Il-laqgħa tal-ICCAT liser issir mis-17 sal-24 ta' Novembru 2025 f'Siviljaser tindirizza kwistjonijiet bħal: it-tonn tropikali, it-tonn, il-klieb il-baħar u l-miżuri ta' kontroll.
Politika Agrikola Komuni wara l-2027 - arkitettura ekoloġika
Il-ministri għall-agrikoltura kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-arkitettura ekoloġika proposta mill-Kummissjoni għall-Politika Agrikola Komuni wara l-2027.
F'Settembru 2025, il-presidenza infurmat lid-delegazzjonijiet li ser torganizza diskussjonijiet tematiċi dwar aspetti differenti tal-proposta tal-Kummissjonifil-laqgħat li jmiss tal-Kunsill.
Matul l-ewwel waħda minn dawn is-sessjonijiet dwar l-arkitettura ekoloġika, il-ministri indikaw sa liema punt huma jqisu li l-proposti tal-Kummissjoni jistgħu jilħqu l-objettiv li jagħmluha aktar sempliċi u aktar attraenti għall-bdiewa biex iwettqu t-tranżizzjoni ekoloġika.
Il-ministri ngħataw l-opportunità li jgħidu jekk jaqblux mal-idea li ma tiġi inkluża l-ebda delimitazzjoni ekoloġika speċifika għall-Politika Agrikola Komuni li jmiss, u kif jistgħu jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni dwar it-tranżizzjoni ekoloġika għall-bdiewa fin-nuqqas ta' tali delimitazzjoni.
Id-delegazzjonijiet enfasizzaw b'mod ġenerali l-ħtieġa għal Politika Agrikola Komuni b'saħħitha li tiżgura flessibbiltà għall-istati membri biex iwettqu t-tranżizzjoni ekoloġika. Huma qajmu wkoll mistoqsijiet dwar il-miżuri speċifiċi proposti mill-Kummissjoni.
Matul id-diskussjoni dwar l-arkitettura ekoloġika, l-Awstrija ppreżentat id-dikjarazzjoni konġunta dwar l-istruttura tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2027 f'isem 17-il delegazzjonibħala punt taħt "affarijiet oħrajn".
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodotti u l-prodotti bażiċi agroalimentari, b'mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan huwa punt regolari fuq l-aġenda tal-Kunsill.
Għall-Kunsill ta' Ottubru, il-Presidenza Daniża stiednet lis-Sur Taras Kachka, Viċi Prim Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea u Ewro-Atlantika, u Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Ukrajna, biex jingħaqad mad-diskussjonijiet fil-bidu ta' dan il-punt qabel id-dibattitu tal-ministri tal-UE.
Fid-dawl tal-approvazzjoni reċenti mill-Kunsill taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) bejn l-UE u l-Ukrajna, li tnaqqas jew telimina d-dazji doganali għal diversi prodotti agroalimentari, il-ministri ġeneralment esprimew solidarjetà mal-Ukrajna u appoġġ għall-integrazzjoni progressiva tagħha mas-swieq agrikoli tal-UE. Fl-istess ħin huma identifikaw ukoll sfidi u opportunitajiet relatati.
Il-Kunsill ser jerġa' lura għall-kwistjoni tar-relazzjoni kummerċjali tal-UE mal-Ukrajna dwar il-prodotti agrikoli matul il-punt regolari tiegħu dwar il-kummerċ fil-prodotti agroalimentari fis-sessjoni tiegħu ta' Novembru.
Il-Kunsill innota wkoll li filwaqt li s-swieq agrikoli tal-UE huma ġeneralment stabbli, għad hemm vulnerabbiltajiet u differenzi settorjali u reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-inbid.
Il-ministri enfasizzaw diversi sfidili jkomplu jagħmlu pressjoni fuq is-settur, inkluż l-impatt negattiv ta' eventi ta' temp estrem u tifqigħat ta' mard tal-annimali u tal-pjanti fuq il-produzzjoni agrikola, kif ukoll tensjonijiet fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE.
It-taħditiet tal-lum issottolinjaw żewġ prijoritajiet: L-ewwel nett, il-ħtieġa li r-regoli ekoloġiċi jsiru sempliċi u flessibbli sabiex jaħdmu għall-bdiewa u t-tieni, integrazzjoni aktar profonda tal-Ukrajna fis-swieq agrikoli tal-UE sabiex nappoġġaw lill-Ukrajna u nsaħħu s-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa.
Jacob Jensen, Ministru għall-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd tad-Danimarka
Punti għall-approvazzjoni mingħajr diskussjoni
It-Tnejn li għadda l-Kunsill adotta deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, dwar reviżjoni tal-Ftehim Internazzjonali u l-Istatuti Organiċi, ir-Regoli Organiċi, ir-Regoli Finanzjarji u r-Regoli Ġenerali u testi oħratal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.
Punti oħra
Il-Kunsill irċieva wkoll informazzjoni dwar għadd ta' suġġetti oħra.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.