"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 09/11/2015, 9 ta' Novembru 2015

Riżultati ewlenin

L-industrija tal-azzar

Il-Kunsill Kompetittività straordinarju, imsejjaħ mill-Presidenza Lussemburgiża, iddiskuta l-isfidi serji ta' bħalissa għall-industrija Ewropea tal-azzar u l-passi meħtieġa biex tittejjeb il-kompetittività tagħha.

Id-diskussjoni ffukat fuq il-kwistjonijiet l-aktar importanti għall-kompetittività tal-industrija tal-azzar, b'mod partikolari: il-kompetizzjoni globali fosthom l-għodod tal-politika tal-kummerċ, it-tnedija mill-ġdid ta' proġetti ta' investiment, il-politika dwar it-tibdil fil-klima tal-UE u l-ispejjeż għolja tal-enerġija.

Ninsab ferm sodisfatt bir-riżultat tal-laqgħa. Huwa r-rwol tal-Kunsill tagħna li jeżamina l-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività Ewropea, u hemm ħtieġa ċara u urġenti biex il-kriżi tas-settur tal-azzar tiġi ttrattata b'mod komprensiv. Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill

Il-president tal-laqgħa Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Lussemburgu, għamel il-kummenti li ġejjin:  "Ninsab ferm sodisfatt bir-riżultat tal-laqgħa. Huwa r-rwol tal-Kunsill tagħna li jeżamina l-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività Ewropea, u hemm ħtieġa ċara u urġenti biex il-kriżi tas-settur tal-azzar tiġi ttrattata b'mod komprensiv. Aħna qbilna dwar punti ta' azzjoni konkreti, bħal li jsir l-aħjar użu mill-istrumenti disponibbli għad-difiża tan-negozju u mill-possibbiltajiet li jeżistu fil-qafas tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat u l-pjan Juncker, u biex jingħata segwitu għal din il-laqgħa malajr kemm jista’ jkun".

Għadd ta’ delegazzjonijiet talbu rieżami tal-implimentazzjoni tal-"Pjan ta’ azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa", adottat mill-Kummissjoni f’Ġunju 2013. 

Intlaħaq qbil li tissejjaħ malajr kemm jista' jkun konferenza speċjali ta' livell għoli tal-partijiet ikkonċernati dwar l-azzar, fejn is-sħab soċjali jqisu l-progress li sar u jiddiskutu kwalunkwe azzjoni ta' segwitu. F'dan ir-rigward, ġiet enfasizzata l-importanza ta' djalogu kontinwu bejn l-istati membri tal-UE u l-Kummissjoni flimkien mar-rappreżentanti tal-industrija u tat-trade unions.

Fi tmiem il-laqgħa, il-Presidenza waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin:

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025