"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 30/11-01/12/2015, 30 ta' Novembru - 1 ta' Diċembru 2015

Riżultati ewlenin

Żona Ewropea tar-Riċerka 

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-integrità tar-riċerka, dwar l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u dwar ir-reviżjoni tal-istruttura konsultattiva taż-ŻER.

L-Integrità tar-Riċerka hija rikonoxxuta bħala element ewlieni għall-eċċellenza fir-riċerka u r-rilevanza soċjoekonomika. Marc Hansen, Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill

Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar kif jista’ jsir l-aħjar użu possibbli tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi biex jistimola r-riċerka u l-innovazzjoni. 

Il-president tal-laqgħa Marc Hansen, Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-Lussemburgu, għamel id-dikjarazzjoni li ġejja: 

"Ix-xogħol diffiċli li beda s-sajf li għadda twettaq illum. L-Integrità tar-Riċerka hi rikonoxxuta bħala element ewlieni għall-eċċellenza fir-riċerka u r-rilevanza soċjoekonomika. It-tieni nett, it-tibdil istituzzjonali u kulturali fil-qafas taż-ŻER huwa kruċjali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka. U t-tielet, irrevedejna l-istruttura konsultattiva taż-ŻER biex niżguraw funzjonament aħjar u aktar effiċjenti.
Dawn kollha huma pilastri fundamentali li jagħmlu suq intern ġenwin u effiċjenti għaċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni".

Eżami tal-kompetittività 

Il-Kunsill kellu t-tieni edizzjoni tal-"eżami tal-kompetittività" fejn il-ministri ddiskutew il-prijoritajiet u l-aktar kwistjonijiet urġenti fl-ekonomija reali. Id-dibattitu ffoka fuq il-kompetittività tan-negozji tal-UE fis-swieq globali, inklużi s-setturi li jużaw ħafna enerġija bħalma hu l-azzar. 

Bħala parti minn dan l-eżami, il-Presidenza Lussemburgiża ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-kompetittività, li tiġbor fil-qosor il-progress miksub matul l-aħħar sitt xhur biex titqies aħjar il-kompetittività fl-oqsma kollha tal-politika.

Aħna wrejna li l-Kunsill huwa kapaċi jirreaġixxi malajr għall-kriżijiet, bħal pereżempju t-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-azzar tal-UE jew l-iskandlu tal-emissjonijiet tal-karozzi.” Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill

Fi tmiem il-laqgħa, Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Lussemburgu, ikkummenta li: "Il-Presidenza Lussemburgiża ħadmet ħafna biex tagħti sustanza lill-integrazzjoni tal-kompetittività. Daħħalna fis-seħħ metodi ta’ ħidma innovattivi biex itejbu l-funzjonament u jżidu l-influwenza tal-Kunsill Kompetittività. Urejna li l-Kunsill huwa kapaċi jirreaġixxi malajr għall-kriżijiet, bħal pereżempju t-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-azzar tal-UE jew l-iskandlu tal-emissjonijiet tal-karozzi."

Strateġija ġdida tas-suq uniku 

Il-Kunsill kellu l-ewwel skambju ta’ fehmiet dwar l-istrateġija ġdida għas-suq uniku tal-prodotti u s-servizzi.  Id-diskussjoni ffokat fuq miżuri li għandhom jgħinu lill-SMEs innovattivi jespandu l-attivitajiet tagħhom fl-UE kollha. Kien hemm appoġġ wiesa’ għall-istrateġija u l-objettiv tagħha li jitnaqqsu l-ostakoli fis-suq intern 

Il-Kunsill iddiskuta wkoll dwar kif għandu jsir użu mill-aġenda l-ġdida ta' regolamentazzjoni aħjar biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku u jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. Kien hemm xewqa qawwija li jiġi żgurat li l-leġislazzjoni tkun ta' inqas piż, aktar effiċjenti u aktar iffokata. 

Awtoritajiet nazzjonali tal-kompetittività 

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jinħolqu awtoritajiet tal-kompetittività indipendenti f’kull Stat Membru biex ikun hemm sorveljanza aħjar tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. Għadd kbir ta’ delegazzjonijiet esprimew tħassib li dawn joħolqu piżijiet addizzjonali u dewmien fit-teħid tad-deċiżjonijiet. 

Emissjonijiet mill-karozzi

Fl-aħħar nett, il-Kunsill ingħata tagħrif dwar is-segwitu għall-iskandlu tal-emissjonijiet tal-karozzi u l-iżviluppi reċenti dwar l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ ttestjar tal-emissjonijiet reali waqt is-sewqan.

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025