"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 29/02/2016, 29 ta' Frar 2016

Riżultati ewlenin

In-negozji għandhom jitħallew joperaw f’suq tassew uniku mingħajr ostakli meta jbigħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom...” Henk Kamp, il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tan-Netherlands u l-President tal-Kunsill

Suq uniku għas-servizzi u l-prodotti 

Wara dibattitu, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-istrateġija tas-suq uniku għas-servizzi u l-prodotti li jiffukaw fuq oqsma ewlenin li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi: appoġġ għall-SMEs, negozji ġodda u negozji innovattivi, jintuża l-potenzjal mhux sfruttat fis-servizzi u l-implimentazzjoni effiċjenti, il-konformità u l-infurzar tar-regoli tas-suq uniku.

Il-president tal-Kunsill u l-Ministru Netherlandiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, Henk Kamp, ikkummenta hekk: "In-negozji għandhom jitħallew joperaw f'suq uniku mingħajr ostakli meta jbigħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom. Dan mhux biss ikun ta' benefiċċju għalihom, iżda fl-istess ħin jibbenefikaw ukoll il-konsumaturi Ewropej minħabba li jkollhom aktar għażla u prezzijiet aktar baxxi.  Dan huwa l-aktar mod rapidu biex l-ekonomija tal-UE ssir aktar dinamika, kompetittiva u orjentata lejn il-futur".

L-industrija tal-azzar 

Il-ministri eżaminaw is-sitwazzjoni tal-kompetittività globali tal-industrija Ewropea b’enfasi fuq l-industriji li jużaw ħafna enerġija. B'mod partikolari, huma indirizzaw is-sitwazzjoni diffiċli tal-industrija tal-azzar. 

Fi tmiem il-laqgħa, il-Presidenza waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, fuq terminu qasir, jeħtieġ li jitħaffef ir-ritmu tal-miżuri anti-dumping. It-tieni nett, l-industrija tal-azzar għandha tkun tista' tuża finanzjament mill-UE għall-innovazzjoni, proġetti pilota u mudelli ta' negozju ġodda. It-tielet nett, jeħtieġ li nevitaw regolamentazzjoni mhux meħtieġa li tfixkel il-kompetittività tal-industriji tagħna li jużaw ħafna enerġija. Il-kumpaniji tagħna għandhom ikunu jistgħu joperaw b'kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni globali. Henk Kamp, il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tan-Netherlands u l-President tal-Kunsill

Il-Ministru Kamp ikkonkluda li: "Enfasizzajna l-ħtieġa għal soluzzjonijiet immedjati biex nittrattaw il-kriżi kbira fis-settur tal-azzar. Dawn jistgħu jkunu validi għal setturi industrijali oħra billi l-oriġini tal-kriżijiet għandhom ħafna aspetti komuni.
"L-ewwel nett, fuq terminu qasir, jeħtieġ li jitħaffef ir-ritmu tal-miżuri anti-dumping. It-tieni nett, l-industrija tal-azzar għandha tkun tista' tuża finanzjament mill-UE għall-innovazzjoni, proġetti pilota u mudelli ta' negozju ġodda. It-tielet nett, jeħtieġ li nevitaw regolamentazzjoni mhux meħtieġa li tfixkel il-kompetittività tal-industriji tagħna li jużaw ħafna enerġija. Il-kumpaniji tagħna għandhom ikunu jistgħu joperaw b'kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni globali."

Eżami tal-kompetittività: appoġġ għall-SMEs - Ostakli għat-tkabbir u l-investiment 

Il-ministri wettqu “eżami tal-kompetittività” tal-ekonomija reali b’enfasi partikolari fuq kif l-aħjar l-SMEs jiġu megħjuna jkabbru u joħolqu l-impjiegi. 

Huma qasmu bejniethom ukoll fehmiet dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-qafas tas-Semestru Ewropew, bl-għan li jiġu indirizzati l-ostakli għat-tkabbir u l-investiment fis-settur tas-servizzi.   

Ekonomija ċirkolari

Il-ministri bdew diskussjonijiet dwar il-pakkett tal-ekonomija ċirkolari bil-ħsieb li jiġu identifikati prijoritajiet ewlenin sabiex jiddaħħlu fl-abbozz ta’ konklużjonijiet li għandu jiġi ppreżentat fil-Kunsill Ambjent f’Ġunju.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025