"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 28-29/05/2015, 28 u 29 ta' Mejju 2015

Riżultati prinċipali

Is-suq uniku diġitali: it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea

Il-Kunsill iddiskuta l-istrateġija l-ġdida tas-suq uniku diġitali u adotta konklużjonijiet dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea. Ġew enfasizzati għadd ta’ aspetti importanti, inkluż l-importanza li jiġu mmirati l-oqsma li jeħtieġu azzjoni għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u li jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-intraprenditorija diġitali, speċjalment negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu. 

Suq uniku diġitali ta' prestazzjoni għolja jista’ jikkontribwixxi aktar minn €400 biljun fis-sena għall-ekonomija Ewropea u joħloq mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi ġodda. Dana Reizniece-Ozola, Ministru għall-Ekonomija tal-Latvja

Dana Reizniece-Ozola, Ministru għall-Ekonomija tal-Latvja, qalet li "suq uniku diġitali ta' prestazzjoni għolja jista’ jikkontribwixxi aktar minn €400 biljun fis-sena għall-ekonomija Ewropea u joħloq mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi ġodda".

Pakketti tal-ivvjaġġar

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar ir-regoli riveduti dwar il-vjaġġi kollox inkluż maħsubin biex jadattaw is-suq tal-ivvjaġġar għall-era diġitali u biex jindirizzaw aħjar il-bżonnijiet tal-konsumaturi u tan-negozji. Din il-biċċa leġislazzjoni ser issaħħaħ id-drittijiet tal-vjaġġaturi meta jagħmlu prenotazzjoni online u joffru benefiċċji għan-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

Kumpanija privata b'responsabbiltà limitata b'membru uniku  

Il-ministri laħqu qbil dwar approċċ ġenerali biex tiġi stabbilita forma ġdida ta’ kumpanija privata b’responsabbiltà limitata b’membru uniku.

Waqt li ppresediet il-laqgħa tal-Kunsill,Dana Reizniece-Ozola qalet li "dan id-dossier huwa eżempju konkret tal-vantaġġi li d-diġitalizzazzjoni tista’ twassal fis-suq uniku. Din toffri benefiċċji għal dawk li jixtiequ jiftħu l-kumpaniji tagħhom stess, għall-impjegati, għall-SMEs li qed ifittxu li jespandu, u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi li ser isiru aktar diġitali. Din ser tħeġġeġ it-tkabbir u tgħin fil-ħolqien tal-impjiegi."

Żona Ewropea tar-Riċerka - Riċerka intensiva fid-data u organizzata f'netwerk - Xjenza miftuħa  

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-pjan direzzjonali taż-ŻER għall-2015-2020 u dwar l-istruttura konsultattiva taż-ŻER. Huwa adotta wkoll konklużjonijiet dwar riċerka miftuħa, intensiva fid-data u organizzata f'netwerk.

Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-iżvilupp ta’ Aġenda Ewropea għax-xjenza miftuħa.  

Wara l-laqgħa, Mārīte Seile, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Latvja, qalet li "s-sisien tas-sistema ekonomika moderna u innovattiva fl-Ewropa teħtieġ l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Aġenda Diġitali Ewropea. Jeħtieġ li l-innovazzjoni trawwem il-prosperità u tkun ta' servizz għaċ-ċittadini tal-UE".

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025