"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Vidjokonferenza tal-ministri għat-turiżmu, 20 ta' Mejju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif l-aħjar li ssir l-implimentazzjoni tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni fit-13 ta' Mejju bil-ħsieb li l-istati membri jiġu megħjuna jikkoordinaw it-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u jippermettu lin-negozji tat-turiżmu jerġgħu jiftħu filwaqt li jirrispettaw il-prekawzjonijiet tas-saħħa meħtieġa.

Gari Cappelli, ministru għat-turiżmu Kroat
It-turiżmu huwa wieħed mis-setturi ewlenin tal-ekonomija Ewropea. Sfortunatament huwa wkoll wieħed mis-setturi li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi tal-COVID-19. Il-vidjokonferenza tal-lum, it-tieni waħda f'inqas minn xahar li ġiet iddedikata għat-turiżmu, ikkonfermat li lkoll kemm aħna ninsabu magħquda u determinati li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex it-turiżmu Ewropew jirkupra malajr u b'mod sħiħ. Irkupru li jippermetti lin-negozji tat-turiżmu tagħna jibdew mill-ġdid l-attivitajiet tagħhom u li jiggarantixxi s-saħħa u s-sikurezza kemm tal-viżitaturi kif ukoll tal-komunitajiet lokali.
Gari Cappelli, ministru għat-turiżmu Kroat
Gari Cappelli, ministru għat-turiżmu Kroat

L-iskambju ta' fehmiet kien strutturat fuq iż-żewġ mistoqsijiet li ġejjin:

  • X'inhi l-valutazzjoni tiegħek tal-miżuri meħuda fil-livell tal-UE u liema miżuri ulterjuri għandhom jittieħdu sabiex jiġu żgurati forom finanzjarji adegwati u forom oħra ta' appoġġ għas-settur tat-turiżmu?
  • Liema tkun l-aħjar triq 'il quddiem biex tiġi żgurata koordinazzjoni effiċjenti u f'waqtha fl-implimentazzjoni tal-linji gwida u l-miżuri mill-pakkett dwar it-turiżmu u t-trasport?

Il-ministri laqgħu b'mod ġenerali l-linji gwida tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass meħtieġ għall-irkupru tas-settur tat-turiżmu.

B'mod aktar speċifiku, il-ministri esprimew appoġġ qawwi għal numru ta' prinċipji li għandhom jirregolaw tali rkupru, bħal:

  • koordinazzjoni mill-qrib fil-livell tal-UE,
  • approċċ gradwali u fi stadji,
  • deċiżjonijiet ibbażati fuq data epidemjoloġika soda,
  • nondiskriminazzjoni

Meta jitqies li komunikazzjoni ċara u trasparenza sħiħa huma l-kundizzjonijiet meħtieġa biex terġa' tinkiseb il-fiduċja fl-ivvjaġġar u t-turiżmu, il-ministri ħeġġew lill-Kummissjoni biex twettaq il-pjanijiet tagħha biex toħloq sit web interattiv, li ser jagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni f'ħin reali dwar il-kundizzjonijiet u l-miżuri fis-seħħ f'kull stat membru fir-rigward tat-turisti.

Diversi stati membri kienu tal-fehma li s-settur tat-turiżmu jeħtieġ appoġġ finanzjarju rapidu u mmirat fil-livell tal-UE biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19, inkluż appoġġ finanzjarju adegwat mill-pjan ta' rkupru tal-UE li jmiss, li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni fis-27 ta' Mejju 2020.

Fl-aħħar nett, fir-rigward ta' passiġġieri li t-titjiriet tagħhom ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija, għadd ta' ministri appellaw lill-Kummissjoni biex tipprovdi flessibbiltà addizzjonali lill-istati membri sabiex jindirizzaw il-problemi ta' likwidità tal-kumpaniji tal-ajru.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025