"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Vidjokonferenza tal-ministri responsabbli għas-suq intern u l-industrija, 12 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri responsabbli għas-suq intern u l-industrija skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom b'rabta mal-"Pjan ta' rkupru għall-Ewropa", ippreżentat mill-Kummissjoni fis-27 ta' Mejju 2020.

Is-Sur Darko Horvat, Ministru Kroat għall-Ekonomija, l-Intraprenditorija u l-Artiġjanat
Wasal iż-żmien li nħaddmu fil-prattika l-lezzjonijiet li ħadna mill-kriżi tal-COVID-19. Jeħtieġ li nieħdu l-passi kollha neċessarji għall-irkupru fil-pront u sostenibbli tal-ekonomija tal-UE kollha kemm hi. Irkupru bbażat fuq is-solidarjetà u l-kooperazzjoni mill-qrib, suq intern li jiffunzjona b'mod sħiħ u transizzjoni ġusta u sostenibbli għal ekonomija ekoloġika u diġitali. Irkupru li kapaċi jevita xokkijiet simili fil-futur billi jsaħħaħ ir-reżiljenza u l-awtonomija tal-ktajjen tal-valur strateġiċi tagħna.
Is-Sur Darko Horvat, Ministru Kroat għall-Ekonomija, l-Intraprenditorija u l-Artiġjanat
Is-Sur Darko Horvat, Ministru Kroat għall-Ekonomija, l-Intraprenditorija u l-Artiġjanat

Il-ministri laqgħu b'mod ġenerali l-objettivi tal-"Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa" u saħqu li l-Kunsill Kompetittività għandu jiġi fdat bil-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-suq intern u l-aspetti tal-industrija tiegħu.

Kien hemm appoġġ mifrux għar-restawr, it-tisħiħ u l-approfondiment tas-suq uniku. Għal dan il-għan, il-ministri appellaw lill-Kummissjoni biex issegwi (u jekk ikun meħtieġ taġġorna) il-miżuri previsti fil-pakkett ta' Marzu 2020, li jistipulaw strateġija industrijali ġdida, strateġija għall-SMEs, pjan ta' azzjoni għall-infurzar tas-suq uniku, analiżi tal-ostakli li fadal għas-suq uniku u pjan ta' azzjoni ġdid għal ekonomija ċirkolari.

Ir-rieda politika li ssir transizzjoni bbilanċjata u ġusta għal ekonomija ekoloġika u diġitali ġiet ikkonfermata.

Filwaqt li qiesu t-tagħlimiet meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19, il-ministri ssottolinjaw l-importanza tat-tisħiħ tar-reżiljenza ekonomika tal-UE u l-awtonomija strateġika fit-teknoloġiji ewlenin u l-katini ta' valur, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ekonomija miftuħa, inkluż kummerċ ħieles u ġust.

Tennew l-importanza tar-rieżami tal-politiki tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat fid-dawl ta' żviluppi ġodda fis-suq teknoloġiku u globali.

Fl-aħħar tad-diskussjoni, il-ministri ħarġu d-dikjarazzjoni konġunta li ġejja li tistipula l-viżjoni tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa:

Programm ta' ħidma tal-presidenza Ġermaniża li jmiss tal-Kunsill

Il-ministri ġew infurmati mill-presidenza Ġermaniża li jmiss tal-Kunsill dwar il-programm ta' ħidma fl-oqsma tas-suq intern u l-industrija għat-tieni semestru tal-2020. Ġie nnutat li l-enfasi ewlenija ser tkun fuq ir-restawr u t-tisħiħ tas-suq uniku, it-tisħiħ tas-settur industrijali Ewropew bħala mutur għat-tkabbir u faċilitatur għat-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika, it-trawwim tar-reżiljenza u l-ħila ekonomika fin-negozju, speċjalment l-SMEs, u l-immodernizzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-politika dwar l-għajnuna mill-istat.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025