"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 18/09/2015, 18 ta' Settembru 2015

 Carole Dieschbourg, il-Ministru Lussemburgiż għall-Ambjent u President tal-Kunsill qalet: "B'dan il-Mandat l-UE ser tkompli turi . Dawn ser ipattu għad-differenza bejn il-miri għat-tnaqqis fuq żmien qasir u l-għan fit-tul."

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-UE għall-konferenza tan-NU dwar it-tibdil fil-klima li ser issir f’Pariġi aktar tard din is-sena. Il-mandat jistabbilixxi l-viżjoni tal-UE għall-ftehim ġdid dwar il-klima li għandu jiġi adottat waqt il-konferenza. 

L-UE ser ikollha bħala għan li tilħaq ftehim ambizzjuż, legalment vinkolanti u dinamiku, bl-objettiv li t-tisħin globali jinżamm taħt 2°C. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, il-Kunsill saħaq li jeħtieġ li l-emissjonijiet globali ta' gass b'effett ta' serra jilħqu l-quċċata tagħhom sa mhux aktar tard mill-2020, jitnaqqsu b'mhux anqas minn 50% sal-2050 meta mqabbla mal-1990, u jkunu qrib jew taħt iż-żero sal-2100.

Carole Dieschbourg, il-Ministru Lussemburgiż għall-Ambjent u President tal-Kunsill qalet: "B'dan il-Mandat l-UE ser tkompli turi rwol ta' tmexxija fit-tħejjija għal Pariġi u tiffaċilita ftehim globali li jkun aċċettabbli għall-partijiet kollha. Dan il-mandat ser iwitti t-triq għal ftehim ambizzjuż, robust u dinamiku dwar il-klima b'ċikli ta' rieżami. Dawn ser joħolqu rabta bejn il-miri ta' tnaqqis fuq żmien qasir u l-għan fit-tul." 

Il-President Dieschbourg enfasizzat ukoll li: "Il-ħidma vera tibda wara Pariġi. Ninsab ċerta li l-UE ser timplimenta l-impenji tagħha b'mod responsabbli u għandha potenzjal kbir li tnaqqas l-emissjonijiet globali ta' gass b'effett ta' serra. Għandna nibbażaw fuq il-politika ta' suċċess diġà fis-seħħ." 

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025