"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 06/03/2015, 6 ta' Marzu 2015

Riżultati ewlenin

Tibdil fil-klima

Il-Kunsill iddiskuta t-tħejjijiet għall-konferenza tan-NU dwar it-tibdil fil-klima li ser issir f’Pariġi f’Diċembru. L-għan tal-konferenza hu li jiġi adottat ftehim globali ambizzjuż u legalment vinkolanti li għandu jiġi implimentat mill-2020.

Bħala parti minn dawn it-tħejjijiet, il-Kunsill adotta l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali (INDC) tal-UE u l-istati membri tagħha.

Il-kontribut jikkonferma li l-UE u l-istati membri tagħha huma impenjati għal mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40% f'emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990, li għandha tintlaħaq b'mod konġunt, kif imniżżel fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014.

Il-kontribut intbagħat illum lis-Segretarjat tal-UNFCCC biex jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha.

Il-ministru Latvjan għall-Protezzjoni Ambjentali, Kaspars Gerhards, enfasizza li “din is-sena ser tkun meħtieġa diplomazija ffokata u komprensiva dwar il-klima sabiex nibnu l-alleanzi meħtieġa għal ftehim ambizzjuż f’Pariġi.” 

Unjoni tal-enerġija

Il-Kunsill indirizza kwistjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fir-rigward tal-Unjoni tal-Enerġija, b’enfasi fuq id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija. 

Hemm sinerġiji bejn l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u d-diġitalizzazzjoni li jeħtieġ li jiġu esplorati u dan qed iseħħ f’mument partikolarment opportun biex ikun jista' jsir kontribut għall-istrateġija li jmiss tas-suq uniku diġitali tal-UE.” Kaspars Gerhards, ministru Latvjan għall-Protezzjoni Ambjentali 

Stħarriġ annwali dwar it-tkabbir

Il-ministri ddiskutew ukoll aspetti relatati mal-ambjent fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir bil-ħsieb tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-istrateġija Ewropea 2020.

Il-ministri ffokaw fuq kif l-istrateġija tista’ tikkontribwixxi bl-aħjar mod għal bidla lejn ekonomija ċirkolari, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju.

Aġenda dwar l-iżvilupp wara l-2015

Il-Kunsill evalwa l-aħħar żviluppi fin-negozjati dwar l-aġenda għall-iżvilupp wara l-2015, li għandha tiġi adottata fl-Assemblea Ġenerali tan-NU f’Settembru 2015.

Waqt l-ikla ta’ nofsinhar il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar ir-riżultati tar-rapport reċenti tagħha "L-ambjent Ewropew - sitwazzjoni attwali u prospetti fl-2015".

Barra minn hekk, il-Kunsill adotta mingħajr dibattitu deċiżjoni dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES). 

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025