"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 04/03/2016, 4 ta' Marzu 2016

Riżultati ewlenin

F'Pariġi 195 pajjiż adottaw il-ftehim storiku dwar il-klima, bidla ta' vera biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura u biex jiġu evitati r-riskji maħluqa mill-bidla fil-klima. Issa l-istati membri ser jagħmluha realtà billi jieħdu azzjonijiet konkreti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Sharon Dijksma, il-Ministru Netherlandiż għall-Ambjent u l-President tal-Kunsill

Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima

Il-ministri ddiskutew s-segwitu għall-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-politika tal-UE dwar il-klima.  Huma ssottolinjaw il-ħtieġa li l-momentum ta' Pariġi jibqa' ħaj u li issa l-enfasi tkun fuq l-implimentazzjoni tal-impenji, inklużi dawk stabbiliti fil-wegħdiet nazzjonali. 

L-implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030 tqieset bħala sinjal importanti tal-impenn tal-UE lejn l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-ministri enfasizzaw ukoll ir-rilevanza tar-ratifika rapida tal-ftehim. 

Ser tintbagħat sintesi ta' dan id-dibattitu lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Il-Ministru Netherlandiż għall-Ambjent, Sharon Dijksma, il-President attwali tal-Kunsill Ambjent, stqarret: "F'Pariġi 195 pajjiż adottaw il-ftehim storiku dwar il-klima, bidla ta' vera biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura u biex jiġu evitati r-riskji maħluqa mill-bidla fil-klima. Issa l-istati membri ser jagħmluha realtà billi jieħdu azzjonijiet konkreti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali."

Ekonomija ċirkolari 

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari li huwa parti minn pakkett li jinkludi wkoll erba' proposti leġislattivi dwar l-iskart. L-għan tal-pakkett huwa li jistimula t-transizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari li tkun aktar sostenibbli u kompetittiva mill-mudell attwali. Huwa jintroduċi miżuri li jnaqqsu l-użu tar-riżorsi, inaqqsu l-iskart u jagħtu spinta lir-riċiklaġġ.

Il-ministri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-pjan ta' azzjoni u identifikaw azzjonijiet ta' prijorità minn perspettiva ambjentali. Huma ddiskutew ukoll miżuri komplimentari li għandhom jittieħdu fil-livell nazzjonali u enfasizzaw il-ħtieġa li l-pjan ta' azzjoni jintuża bl-aktar mod effettiv u li l-progress ikun issorveljat. Id-dibattitu tagħhom u d-dibattitu li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Kunsill Kompetittività ser jikkontribwixxu għal sett ta' konklużjonijiet li hu ppjanat li jiġi adottat f'Ġunju.

"L-UE u l-gvernijiet għandhom jaħdmu mill-qrib flimkien man-negozji u l-NGOs sabiex l-ekonomija ċirkolari tiffunzjona. Illum il-ministri tal-UE iddiskutew b'suċċess kif aħna nistgħu inrawmu d-domanda għal materjali riċiklati u l-ħtieġa ta' leġislazzjoni koerenti biex tiġi promossa l-innovazzjoni", qalet il-Ministru Dijksma.

Interferenti endokrinali 

Il-Kunsill adotta dikjarazzjoni li tikkonċerna deċiżjoni reċenti dwar l-interferenti endokrinali (sustanzi kimiċi li jistgħu jfixklu s-sistema ormonali).  Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni naqset milli tispeċifika, fi żmien adatt, kriterji xjentifiċi għal dawn is-sustanzi.

Id-dikjarazzjoni tenfasizza l-importanza ta' azzjoni urġenti mill-Kummissjoni biex tkun konformi mas-sentenza u l-obbligi legali tagħha, sabiex jiġi evitat aktar dewmien fl-iżvilupp ta' kriterji bbażati fuq ix-xjenza għall-interferenti endokrinali.

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025