- Kunsill Ambjent
Kunsill Ambjent, 15/06/2015, 15 ta' Ġunju 2015
Riżultati ewlenin
Emissjonijiet nazzjonali ta’ sustanzi li jniġġsu
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni fil-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja (id-Direttiva NEC). L-għan tagħha huwa li jinkiseb titjib sinifikanti fil-kwalità tal-arja fl-UE.
Id-Direttiva hija parti minn “Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa”. Huwa jfittex li jindirizza diversi riskji għas-saħħa u effetti ambjentali kkawżati mit-tniġġis tal-arja, u ser jiżgura li l-liġi tal-UE tkun għal kollox konformi mal-impenji internazzjonali ġodda sal-2020.
Il-Ministri kellhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet pendenti u biex jiddiskutu kif ser isir progress biex tintlaħaq pożizzjoni komuni.
Il-ministru Latvjan għall-Protezzjoni Ambjentali, Kaspars Gerhards qal, "It-titjib tal-kwalità tal-arja huwa essenzjali għal raġunijiet kemm ta' saħħa kif ukoll ekonomiċi. Biex jinstab kompromess fost l-istati membri, għandna bżonn miri realistiċi u l-flessibbiltà għal żviluppi futuri mhux previsti sabiex innaqqsu l-imwiet prematuri minħabba t-tniġġis tal-arja.”
It-titjib tal-kwalità tal-arja huwa essenzjali kemm għal raġunijiet ta' saħħa kif ukoll ekonomiċi. Biex jinstab kompromess fost l-istati membri, għandna bżonn miri realistiċi u l-flessibbiltà għal żviluppi futuri mhux previsti sabiex innaqqsu l-imwiet prematuri minħabba t-tniġġis tal-arja.” Kaspars Gerhards, Ministru Latvjan għall-Protezzjoni Ambjentali
Konferenza ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima
Il-Kunsill ħa kont tal-progress fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima bħala parti mit-tħejjijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar it-tibdil fil-klima f'Pariġi f’Diċembru 2015 (COP 21). Il-Ministri vvalutaw il-progress li sar fl-aħħar żewġ sessjonijiet ta’ negozjati, f'Ġinevra (8-13 ta’ Frar 2015) u f'Bonn (1-11 ta’ Ġunju 2015).
Il-Ministri esprimew tħassib dwar il-pass kajman tan-negozjati u nnutaw li bħalissa fadal biss għaxart ijiem ta’ negozjar sal-COP21. Filwaqt li jfakkru l-importanza ta’ Kontribuzzjonijiet Maħsuba Determinati fil-Livell Nazzjonali (INDC), il-ministri laqgħu l-Partijiet li diġà kkomunikaw l-INDC tagħhom u ħeġġew lill-oħrajn biex isegwu u jikkomunikaw l-INDC tagħhom ferm qabel il-Konferenza ta’ Pariġi.
Filwaqt li jagħrfu l-importanza ta’ ambizzjoni u d-durabilità ta’ impenji, il-Kunsill jistenna li l-Konferenza tadotta ftehim legalment vinkolanti applikabbli għall-Partijiet kollha u kompatibbli mal-objettiv ta’ taħt it-2˚C u d-deċiżjonijiet relatati mal-COP.
Id-dibattitu tal-Kunsill ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-pożizzjoni tal-UE qabel il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima f’Pariġi. Huwa mistenni li l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima għandhom jiġu adottati fit-18 ta’ Settembru 2015.
Il-Ministru Kaspars Gerhards irrikonoxxa li, “l-Unjoni Ewropea hija kommessa li tilħaq ftehim ambizzjuż f’Pariġi, iżda ma tistax tirnexxi waħedha.” Huwa appella lill-partijiet kollha biex jinvolvu ruħhom bis-sħiħ fin-negozjati u jesploraw il-possibbiltajiet kollha għal konverġenzi.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Indicative programme, Environment Council, 15 June 2015
- Aġenda proviżorja, Kunsill Ambjent, 15 ta’ Ġunju 2015
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Ambjent, 15 ta’ Ġunju 2015
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Ambjent, 15 ta’ Ġunju 2015
- Informazzjoni ta' sfond
- Lista tal-parteċipanti
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ester Arauzo-Azofra Uffiċjal tal-istampa
- +32 2 281 53 61
- +32 473 63 07 23
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ENVI
Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025