"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Vidjokonferenza informali tal-ministri għas-saħħa, 5 ta' Ġunju 2026

Riżultati ewlenin

Il-ministri għas-saħħa tal-UE ħadu sehem f'vidjokonferenza informali biex jiddiskutu t-tifqigħa reċenti tal-Ebola Bundibugyo Virus (BVD) fl-Afrika Ċentrali.

Neophytos Charalambides, Ministru għas-Saħħa tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-laqgħa tal-lum enfasizzat il-valur tas-solidarjetà Ewropea fid-dawl ta' emerġenzi tas-saħħa pubblika. Permezz tal-kondiviżjoni ta' għarfien espert, miżuri ta' tħejjija u tagħlimiet meħuda, l-istati membri jistgħu jsaħħu r-reżiljenza kollettiva tagħna u jiżguraw rispons koordinat għal theddid transfruntier potenzjali għas-saħħa, filwaqt li jaħdmu wkoll biex jappoġġaw lill-pajjiżi l-aktar affettwati mit-tifqigħa.

Neophytos Charalambides, Ministru għas-Saħħa tar-Repubblika ta' Ċipru

Neophytos Charalambides, Ministru għas-Saħħa tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-ministri pprovdew il-valutazzjoni tagħhom tas-sitwazzjoni attwali u rrappurtaw dwar il-miżuri li qed jittieħdu jew li qed jiġu ppjanati fl-istati membri tagħhom. Huma esprimew ukoll l-appoġġ tagħhom għal aktar koordinazzjoni fil-livell tal-UE biex is-sitwazzjoni tiġi mmaniġġata b'mod effettiv u jiġi appoġġat ir-rispons kemm fl-Ewropa kif ukoll fir-reġjun affettwat, f'konformità mal-gwida pprovduta miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Rappreżentanti mill-ECDC u mid-WHO, kif ukoll min-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera, ukoll ħadu sehem fil-vidjokonferenza.

Kuntest

Fis-17 ta' Mejju 2026, id-WHO ddikjarat it-tifqigħa tal-Ebola BVD fl-Afrika Ċentrali bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali skont ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa. Id-WHO qed tiżviluppa Pjan Strateġiku Uniku ta' Tħejjija u Rispons flimkien mal-pajjiżi affettwati u dawk ġirien biex issaħħaħ l-isforzi ta' tħejjija, mitigazzjoni u ġestjoni tat-tifqigħat.

Fil-livell tal-UE, l-ECDC qed jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni u vvaluta r-riskji ta' infezzjoni fl-UE/fiż-ŻEE bħala baxxi ħafna. L-ECDC qed iħejji parir xjentifiku dwar il-miżuri ta' prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet u qed jivvaluta l-probabbiltà tal-importazzjoni tal-każijiet fl-UE/fiż-ŻEE. Ir-rispons rapidu tal-UE għal theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa kkoordinat mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE, ippresedut mill-Kummissjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Ġunju 2026