Skip to content
  • Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Politika soċjali), 29 ta' Ġunju 2026

Riżultati ewlenin

Il-vjolenza ċibernetika kontra l-bniet

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza ċibernetika fuq il-bniet. Abbażi ta' rapport prodott mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), il-konklużjonijiet jappellaw għal diversi azzjonijiet, inkluż:

  • appoġġ aħjar għall-vittmi, il-ġenituri u l-edukaturi
  • azzjoni preventiva bħall-moderazzjoni effettiva tal-kontenut minn atturi ekonomiċi (eż. pjattaformi, media soċjali)
  • aktar riżorsi u għarfien espert tekniku għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi
<p>Clea Papaellina, Viċi Ministru għall-Għajnuna Soċjali, Repubblika ta' Ċipru</p>

Il-konklużjonijiet tal-lum jimmarkaw stadju kruċjali fil-protezzjoni tal-bniet u n-nisa żgħażagħ online. Il-protezzjoni tal-minorenni mill-vjolenza diġitali kienet prijorità orizzontali tal-presidenza Ċiprijotta. Qed nirrikonoxxu li l-vjolenza ċibernetika kontra l-bniet hija reali, mifruxa u qed tevolvi malajr, u li l-protezzjoni tal-bniet u n-nisa żgħażagħ fl-era diġitali hija responsabbiltà Ewropea kondiviża. Dan ifisser li l-iskejjel u l-ġenituri jiġu mgħammra bis-sensibilizzazzjoni u l-għodod li jeħtieġu biex jipproteġu liż-żgħażagħ, filwaqt li jiġi żgurat li l-infurzar tal-liġi jkun aktar effettiv sabiex il-vjolenza online tiffaċċa konsegwenzi reali.

<p>Clea Papaellina, Viċi Ministru għall-Għajnuna Soċjali, Repubblika ta' Ċipru</p>

Clea Papaellina, Viċi Ministru għall-Għajnuna Soċjali, Repubblika ta' Ċipru

Il-konklużjonijiet tfasslu fil-kuntest tar-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, l-aġenda tan-NU għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa.

L-akkomodazzjoni u d-demografija

Il-ministri approvaw konklużjonijiet dwar l-akkomodazzjoni, b'enfasi fuq it-tibdil demografiku u t-tfassil ta' politiki futuri.

<p>Konstantinos Ioannou, Ministru għall-Intern tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni madwar l-Ewropa qed jinbidlu, imsawra minn popolazzjonijiet li qed jixjieħu, unitajiet domestiċi iżgħar, u l-urbanizzazzjoni. Din il-bidla qed toħloq sfida dejjem akbar għal ħafna Ewropej, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, il-familji, u l-ħaddiema essenzjali. Mill-bidu nett, il-presidenza Ċiprijotta stabbiliet objettiv politiku ċar: li l-akkomodazzjoni titqiegħed b'konvinzjoni fiċ-ċentru tal-aġenda soċjali u politika Ewropea. Għax fl-aħħar mill-aħħar l-akkomodazzjoni tolqot lin-nies. Dawn il-konklużjonijiet jistabbilixxu direzzjoni kondiviża għall-azzjoni, filwaqt li jappellaw għal sforzi aktar b'saħħithom biex jittejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u xierqa għal kulħadd u biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-akkomodazzjoni jirrispondu aħjar għall-bidliet demografiċi u r-realtajiet ta' kuljum tan-nies.

<p>Konstantinos Ioannou, Ministru għall-Intern tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Konstantinos Ioannou, Ministru għall-Intern tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-konklużjonijiet jappellaw lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali biex iqisu l-interazzjoni bejn ix-xejriet demografiċi u l-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni, kif ukoll il-ħtiġijiet ta' dawk li jbatu biex jaċċessaw akkomodazzjoni affordabbli.

Il-Kummissjoni mistiedna tkompli tappoġġa l-isforzi tal-istati membri, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali.

L-avvanz ta' mobbiltà ġusta tal-ħaddiema

Wara l-konklużjoni b'suċċess tan-negozjati biex jiġu riveduti r-regolamenti tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar aktar bidliet potenzjali għal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam. B'mod partikolari, huma ffukaw fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' data bejn l-istati membri.

Ir-riżultati tad-diskussjoni tal-lum mistennija jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Kummissjoni fuq proposta ġdida biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, flimkien ma' xejriet ġodda bħat-telexogħol transfruntier.

L-Istrateġija tal-UE Kontra l-Faqar

Il-ministri ddiskutew il-pakkett soċjali ppubblikat reċentement, b'enfasi fuq il-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE Kontra l-Faqar.

B'mod partikolari, qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-aħjar modi biex jiġu implimentati l-miżuri proposti fl-istrateġija sabiex jitħaffef il-progress lejn il-kisba tal-mira għat-tnaqqis tal-faqar.

Skambjaw ukoll informazzjoni dwar approċċi li diġà qed jittieħdu fil-livell nazzjonali biex jinkoraġġixxu l-użu ta' benefiċċji u servizzi soċjali.

Sigurtà tal-akkomodazzjoni għal kulħadd

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-suġġett tas-sigurtà tal-akkomodazzjoni, b'enfasi fuq ir-rispons għall-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-unitajiet domestiċi b'introjtu medju.

Il-ministri qasmu eżempji ta' miżuri regolatorji u amministrattivi li wrew li huma effettivi fl-indirizzar tat-tipi ta' sfidi ta' affordabbiltà tal-akkomodazzjoni li jiffaċċjaw dawn il-gruppi, b'enfasi fuq oqsma li qed jesperjenzaw nuqqas ta' akkomodazzjoni.

Esploraw ukoll modi kif l-investiment pubbliku u privat jiġi mobilizzat aktar sabiex jiġu estiżi l-opzjonijiet ta' akkomodazzjoni affordabbli għall-istudenti u l-unitajiet domestiċi b'introjtu medju filwaqt li jiġu żgurati wkoll s-sigurtà, l-inklużjoni soċjali u l-affordabbiltà fit-tul tal-akkomodazzjoni.

Semestru Ewropew

Wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew, il-Kunsill approva l-opinjonijiet mill-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS) dwar is-CSRs tal-2026 u l-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2025. Approva wkoll l-aspetti tal-impjiegi u dawk soċjali tas-CSRs tal-2025.

Aspetti relatati mal-ġeneru tal-kwalità tal-impjiegi

Il-president tal-EMCO ppreżenta messaġġi ewlenin dwar aspetti relatati mal-ġeneru tal-kwalità tal-impjiegi. Il-messaġġi huma l-eżitu ta' laqgħa tripartitika organizzata mill-Grupp ta' Analiżi tal-Politika (PAG) tal-EMCO, li saret fl-24 u l-25 ta' Marzu 2026 ma' rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, l-istati membri u l-Kummissjoni.

Punti oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-presidenza qasmet informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-oqsma leġiżlattivi ta' bħalissa, speċifikament il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-sitt reviżjoni tad-direttiva dwar il-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, id-direttiva dwar it-traineeships, u d-direttiva dwar it-trattament ugwali. Il-ministri rċevew ukoll informazzjoni dwar avvenimenti li saru matul il-presidenza Ċiprijotta, u l-presidenza Irlandiża li jmiss qasmet il-prijoritajiet tagħha fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali.

Dibattitu informali waqt l-ikla ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ħadu sehem f'diskussjoni informali dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mit-tibdil fil-klima u l-esponiment għal temperaturi estremi.

Punti ''A''

Taħt punti A, il-Kunsill ħa nota ta' rapport ta' progress dwar ir-regolament dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-appoġġ tal-Unjoni għat-tħejjija u għar-rispons f'każ ta' emerġenza tas-saħħa.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Lulju 2026