"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Vidjokonferenza informali tal-ministri responsabbli għall-akkomodazzjoni, 3 ta' Frar 2026

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE responsabbli għall-akkomodazzjoni ħadu sehem f'vidjokonferenza informali biex jaqsmu l-ħsibijiet inizjali tagħhom dwar il-Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli, li għandu l-għan li jappoġġa lill-istati membri biex jiżguraw li kulħadd fl-Ewropa jkollu aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità tajba.

Konstantinos Ioannou, Ministru għall-Intern tar-Repubblika ta' Ċipru

Bħala l-Presidenza Ċiprijotta, ninsabu impenjati bis-sħiħ li nsaħħu d-djalogu dwar l-akkomodazzjoni affordabbli fuq livell Ewropew, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u b'rispett sħiħ tal-kompetenzi nazzjonali. Il-laqgħa tal-lum tatna opportunità li naqsmu l-fehmiet inizjali li fuqhom qed nippjanaw li naqbdu ritmu tajjeb biex immexxu 'l quddiem approċċ Ewropew b'saħħtu, permezz tal-iskambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki, filwaqt li nqisu bidliet demografiċi u fatturi usa' li jsawru l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini fl-Unjoni kollha tagħna.

Konstantinos Ioannou, Ministru għall-Intern tar-Repubblika ta' Ċipru

Konstantinos Ioannou, Ministru għall-Intern tar-Repubblika ta' Ċipru

Wara preżentazzjoni tal-pjan tal-akkomodazzjoni mill-Kummissarju Dan Jørgensen, diversi ministri intervjenew biex jiddiskutu l-elementi ewlenin tal-pjan u jaqsmu eżempji ta' politiki diġà fis-seħħ fil-livell nazzjonali.

Il-maġġoranza l-kbira tal-ministri tal-UE għall-akkomodazzjoni laqgħu l-pjan tal-Kummissjoni, filwaqt li saħqu fuq il-ħtieġa li dan jirrispetta u jikkomplementa r-responsabbiltà tal-istati membri għall-politika tal-akkomodazzjoni. Għadd ta' kelliema enfasizzaw il-valur miżjud tal-inizjattivi fil-livell tal-UE fl-appoġġ tal-ħidma li qed issir fil-livell lokali, reġjonali u dak nazzjonali.

Fost suġġetti oħra mqajma kien hemm il-benefiċċji potenzjali ta' aċċess aħjar għal akkomodazzjoni affordabbli biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE, id-diversità tas-sistemi u tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni f'pajjiżi u reġjuni differenti, u l-ħtieġa li ssir enfasi partikolari fuq l-appoġġ għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni bħaż-żgħażagħ u l-familji bit-tfal.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2026