Skip to content
  • Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Politika soċjali), 9 ta' Marzu 2026

Riżultati ewlenin

Investiment fit-tfal

Il-Kunsill approva konklużjonijiet li jappellaw lill-istati membri u lill-Kummissjoni biex jinvestu fit-tfal, sabiex jiżdied il-benesseri tagħhom u jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-UE.

<p>Clea Hadjistephanou Papaellina, Viċi Ministru għall-Għajnuna Soċjali, ir-Repubblika ta' Ċipru</p>

It-tkissir taċ-ċiklu tal-iżvantaġġ għandu jkun sforz kollettiv Ewropew. Il-faqar fit-tfulija ħafna drabi jwassal għall-esklużjoni fil-ħajja adulta, bi spejjeż umani u ekonomiċi profondi. Billi niżguraw finanzjament adegwat u politiki mmirati, nistgħu nagħtu lil kull tifel u tifla bidu ġust u nsaħħu l-Unjoni tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

<p>Clea Hadjistephanou Papaellina, Viċi Ministru għall-Għajnuna Soċjali, ir-Repubblika ta' Ċipru</p>

Clea Hadjistephanou Papaellina, Viċi Ministru għall-Għajnuna Soċjali, ir-Repubblika ta' Ċipru

L-investiment fit-tfal huwa investiment strateġiku fil-kompetittività, l-istabbiltà u l-koeżjoni futuri tal-UE. Il-konklużjonijiet jappellaw lill-pajjiżi tal-UE u lill-Kummissjoni biex jiżguraw finanzjament adegwat għal proġetti li jindirizzaw il-faqar fost it-tfal.

Semestru Ewropew

Bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, il-Kunsill approva l-aspetti soċjali u dawk relatati mal-impjiegi tar-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro għall-2026. Adotta wkoll ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2026 u approva konklużjonijiet dwar dan ir-rapport.

Kapital uman

Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew 2026, il-ministri adottaw, għall-ewwel darba, rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kapital uman. L-għan tar-rakkomandazzjoni huwa li tipprovdi gwida lill-istati membri dwar l-indirizzar tan-nuqqas ta' ħaddiema u ħiliet madwar l-UE, bil-ħsieb li tingħata spinta lill-kompetittività.

<p>Marinos Moushouttas, Ministru għax-Xogħol, ir-Repubblika ta' Ċipru</p>

Il-kapital uman huwa l-akbar ass tal-Ewropa. B'nuqqasijiet persistenti ta' ħaddiema u ħiliet li jaffettwaw setturi strateġiċi mis-saħħa għat-teknoloġiji diġitali, ir-rakkomandazzjoni tal-lum timmarka pass deċiżiv biex jissaħħu l-kompetittività, ir-reżiljenza u l-koeżjoni soċjali tagħna billi ninvestu b'mod aktar effettiv fl-għarfien, fil-ħiliet u fil-potenzjal tan-nies.

<p>Marinos Moushouttas, Ministru għax-Xogħol, ir-Repubblika ta' Ċipru</p>

Marinos Moushouttas, Ministru għax-Xogħol, ir-Repubblika ta' Ċipru

Ir-rakkomandazzjoni tistieden lill-pajjiżi jagħtu prijorità lill-ħiliet f'setturi strateġiċi u dawk li jappoġġaw il-kompetittività u t-tħejjija tal-UE, b'enfasi partikolari fuq oqsma bħat-tisħiħ tal-ħiliet bażiċi, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), u l-edukazzjoni għolja fis-suġġetti tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM).

Għandha tiġi appoġġata wkoll intelliġenza tal-ħiliet aċċessibbli u aġġornata, peress li tippermetti lill-istati membri jbassru d-domanda futura għal okkupazzjoni partikolari.

Impjiegi ta' kwalità u IA

Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew 2026, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-suġġett tal-impjiegi ta' kwalità fil-kuntest tal-bidla xprunata mill-IA.

B'mod partikolari, huma ffukaw fuq kif is-Semestru Ewropew jista' jappoġġa l-isforzi biex il-ħaddiema tas-sengħa jitqabblu ma' opportunitajiet ta' xogħol xierqa. Huma qiesu wkoll miżuri addizzjonali li jistgħu jiġu introdotti fil-livell nazzjonali u tal-UE biex jiġi żgurat li l-adozzjoni tal-IA fuq il-post tax-xogħol issaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema u trawwem kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol ogħla u aktar ugwali fl-istati membri kollha.

L-ekonomista rebbieħ tal-Premju Nobel, il-Professur Sir Christopher Pissarides, tkellem biex jaqsam l-għarfien tiegħu dwar ir-rwol trasformattiv tal-IA fid-dinja tax-xogħol.

Inkissru ċ-ċiklu tal-faqar

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar is-suġġett inkissru ċ-ċiklu tal-faqar. L-għan tad-diskussjoni kien li jiġu identifikati politiki u l-aħjar prattiki bil-ħsieb li jiġu żviluppati servizzi ċċentrati fuq il-persuna li jistgħu joħorġu lin-nies minn sitwazzjonijiet vulnerabbli u jgħinuhom jintegraw fis-soċjetà jew inaqqsu l-probabbiltà li n-nies jaqgħu fil-faqar l-ewwel u qabel kollox. Il-ministri qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom dwar kif tali politiki ċċentrati fuq il-persuna jistgħu jiġu inkorporati fl-Istrateġija li jmiss tal-Kummissjoni Kontra l-Faqar.

Garanzija għaż-żgħażagħ

Il-ministri approvaw il-messaġġi ewlenin tar-rieżami tal-Kumitat tal-Impjiegi tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija għaż-Żgħażagħ tiġi rieżaminata kull sentejn; l-aħħar rieżami ffoka fuq l-identifikar ta' sfidi strutturali u istituzzjonali li jipprevjenu l-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) fis-suq tax-xogħol.

Dibattitu informali waqt l-ikla ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ħadu sehem f'diskussjoni informali intitolata: 'Nibnu l-Futuri: soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni f’xenarju demografiku li qed jinbidel madwar l-Ewropa'.

Huma rriflettew fuq l-interazzjoni bejn il-provvista tal-akkomodazzjoni u x-xejriet demografiċi bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-migrazzjoni rurali-urbana; qasmu eżempji ta' politiki li qed jiġu implimentati fil-livell nazzjonali biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet; u esploraw modi kif l-UE tista' tappoġġa aħjar l-isforzi tal-istati membri.

Huma ddiskutew ukoll kif il-politiki mmirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskju tal-esklużjoni mill-akkomodazzjoni, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, jistgħu jittejbu permezz tal-ġbir ta' data ta' kwalità għolja, preċiża u komparabbli.

Punti oħra

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' April 2026