Skip to content
  • Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-Euro, 21/06/2019, 21 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Is-Summit tal-Euro f’format estiż tal-mexxejja tal-UE27 ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni ekonomika flimkien mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) Mario Draghi.

Il-mexxejja ddiskutew ukoll il-ħidma li saret mill-Grupp tal-Euro dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), b’mod partikolari:

  • strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC) għaż-żona tal-euro
  • bidliet għat-trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES)
  • it-tisħiħ tal-unjoni bankarja

Is-Summit tal-Euro laqa’ l-progress li sar mill-Grupp tal-Euro u stiednu biex ikompli jaħdem fuq l-elementi kollha tal-pakkett.

Donald Tusk, President tas-Summit tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro f’format inklużiv ser ikompli l-ħidma tiegħu fuq l-istrument baġitarju taż-żona tal-euro, li eventwalment ser jiġi integrat fil-baġit fit-tul tal-UE. L-għan tagħna huwa li jintlaħaq ftehim dwar dan il-baġit sal-aħħar tas-sena. Il-mexxejja jistennew ukoll li t-Trattat dwar il-MES rivedut jiġi finalizzat sa tmiem l-2019.
Donald Tusk, President tas-Summit tal-Euro
Donald Tusk, President tas-Summit tal-Euro
Siltiet ewlenin mis-Summit tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025