- Summit taż-Żona tal-Euro
Vidjokonferenza tal-membri tas-Summit tal-Euro, 25 ta' Marzu 2021
Riżultati ewlenin
Il-kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern iddiskutew ir-rwol internazzjonali tal-euro mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Christine Lagarde, u l-President tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe.
Il-mexxejja tal-UE qablu dwar dikjarazzjoni fejn esprimew l-appoġġ tagħhom għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-euro fix-xena globali sabiex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE filwaqt li tinżamm ekonomija miftuħa, li tikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja globali, u tappoġġa n-negozji u l-unitajiet domestiċi Ewropej.
Il-mexxejja tal-UE enfasizzaw il-ħtieġa għal irkupru robust, inklużiv u sostenibbli. Huma enfasizzaw ir-rwol ewlieni li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ser ikollha fl-appoġġ tar-riformi u l-investimenti biex jiġu ffinanzjati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u biex jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE.
Huma enfasizzaw ukoll l-importanza ta' arkitettura finanzjarja soda u swieq finanzjarji li jiffunzjonaw tajjeb.
L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, it-tlestija tal-Unjoni Bankarja u l-progress lejn Unjoni tas-Swieq Kapitali reali jibqgħu essenzjali. Dikjarazzjoni mill-Membri tas-Summit tal-Euro, imlaqqgħin f'format inklużiv - 25 ta' Marzu 2021
Il-mexxejja appellaw għal settur finanzjarju diġitali aktar innovattiv u sistemi ta' pagament aktar effiċjenti, u biex titmexxa 'l quddiem ħidma esploratorja dwar it-tnedija possibbli ta' euro diġitali.
Huma talbu wkoll għal ħidma rapida biex ikompli jiġi stimulat aktar it-tkabbir tas-suq finanzjarju ekoloġiku tal-UE u t-trawwim tat-tmexxija tal-Ewropa fit-tranżizzjoni ekoloġika.
Fil-laqgħa tiegħu li jmiss f'Ġunju 2021, is-Summit tal-Euro ser jiddiskuti l-isfidi ekonomiċi għaż-żona tal-euro wara l-kriżi tal-COVID-19 u jirrieżamina l-progress dwar l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro
Laqgħat li seħħew
Laqgħat li jmiss
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025