Skip to content
  • Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-Euro, 29/06/2018, 29 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Il-mexxejja tal-UE ltaqgħu għas-Summit tal-Euro f'format inklużiv ta' 27 stat membru tal-UE.

Huma adottaw l-ewwel sett ta' deċiżjonijiet dwar ir-riforma tal-UEM, inkluż ir-rwol futur tal-MES u t-twettiq tal-unjoni bankarja.

Is-Summit tal-Euro qabel, kif imwiegħed f'Diċembru, li jipproċedi bit-twettiq tal-Unjoni Bankarja u li jsaħħaħ il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, inkluż billi jipprovdi garanzija ta' kontinġenza għall-fond uniku ta' riżoluzzjoni. Din ir-riforma tal-UEM ser issaħħaħ l-euro, u b'hekk ukoll, l-Unjoni tagħna. Fi żminijiet ta' taqlib, din hija aħbar tajba għall-Ewropej kollha. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk

Il-mexxejja laqgħu d-Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal-21 ta' Ġunju 2018 dwar l-iżborż tal-aħħar parti tal-assistenza finanzjarja lill-Greċja u dwar il-miżuri ta' ħelsien mid-dejn, li jippermettu li l-assistenza finanzjarja lill-Greċja tingħalaq b'suċċess.

Il-Mexxejja ser jerġgħu jiltaqgħu għas-Summit tal-Euro f'Diċembru.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025