- Summit taż-Żona tal-Euro
Summit tal-Euro, 11 ta' Diċembru 2020
Riżultati ewlenin
Is-Summit tal-Euro f'format inklużiv, mas-27 mexxej tal-UE, iffoka fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-progress miksub rigward l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
F'dikjarazzjoni, il-mexxejja tal-UE rrikonoxxew li "ir-rispons qawwi, rapidu u koordinat tal-politika ekonomika għall-pandemija tal-COVID-19 kien mingħajr preċedent iżda integrali biex jittaffa l-impatt soċjoekonomiku tagħha". Huma ddikjaraw li "il-kriżi ser teħtieġ appoġġ kontinwu biex jiġi żgurat irkupru ekonomiku robust u bbilanċjat tajjeb, filwaqt li jiġu mħarsa finanzi pubbliċi sodi".
Unjoni bankarja
Il-president tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe, irrapporta dwar l-istat tal-progress tal-unjoni bankarja, abbażi tat-tħejjija mal-ministri tal-finanzi tal-UE fil-laqgħa tagħhom tat-30 ta' Novembru 2020.
Il-mexxejja tal-UE nnutaw li "il-progress miksub fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja u fl-Unjoni Bankarja matul l-aħħar għaxar snin ikkontribwixxa għall-istabbiltà finanzjarja u għen biex jinżamm il-finanzjament għall-ekonomija matul il-kriżi tal-COVID-19".
Huma laqgħu l-qbil milħuq fil-Grupp tal-Euro f'format inklużiv dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), kif awtorizzat mis-Summit tal-Euro ta' Ġunju 2018. Fost affarijiet oħra, ir-riforma tistabbilixxi garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF) fil-forma ta' linja ta' kreditu mill-MES, li għandha tiġi introdotta sal-bidu tal-2022, sentejn qabel l-iskeda oriġinali.
Is-Summit tal-Euro stieden lill-Grupp tal-Euro jħejji "pjan ta' ħidma fi stadji u marbut biż-żmien dwar l-elementi pendenti kollha meħtieġa biex titlesta l-unjoni bankarja".
- Ittra mill-President Donohoe lill-President Michel qabel is-Summit tal-Euro tal-11 ta' Diċembru, 4 ta' Diċembru 2020
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro f'format inklużiv dwar ir-riforma tal-MES u l-introduzzjoni bikrija tal-garanzija ta' kontinġenza għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, 30 ta' Novembru 2020
- Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 30 ta' Novembru 2020
- Unjoni bankarja (informazzjoni ġenerali)
Riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) (Infografika)
Unjoni tas-swieq kapitali
Il-mexxejja tal-UE appellaw għal "progress rapidu" fil-pjan ta' azzjoni l-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea għall-unjoni tas-swieq kapitali. Fid-dikjarazzjoni tiegħu, is-Summit tal-Euro nnota li "huwa essenzjali li navvanzaw malajr il-ħidma fuq l-elementi fuq terminu qasir ta' żmien, kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2020, kif ukoll fuq il-miżuri meħtieġa biex tiġi appoġġata t-tmexxija tal-UE fil-finanzjament ekoloġiku".
Summit tal-Euro, Ġunju 2021
Is-Summit tal-Euro ser jeżamina l-progress fil-laqgħa tiegħu li jmiss f'Ġunju 2021.
Il-mexxejja tal-UE qed jippjanaw ukoll li jiddiskutu l-isfidi ekonomiċi għaż-żona tal-euro wara l-kriżi tal-COVID-19.
Dokumenti tal-laqgħat
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ester Arauzo-Azofra Uffiċjal tal-istampa
- +32 2 281 53 61
- +32 473 63 07 23
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro
Laqgħat li seħħew
Laqgħat li jmiss
L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025