Skip to content
  • Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-Euro, 18/10/2018, 18 ta' Ottubru 2018

Riżultati ewlenin

Il-mexxejja tal-UE ltaqgħu flimkien mal-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno u l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi għas-Summit tal-Euro f’format inklużiv ta’ 27 stat membru tal-UE. Huma vvalutaw l-istat attwali tan-negozjati dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) bil-ħsieb tas-Summit tal-Euro f'Diċembru.

Qbilna li rridu nħaffu l-ħidma teknika. Irridu nilħqu ftehim dwar l-unjoni bankarja u l-MES f’Diċembru. Nittama li d-diskussjoni tagħna llum ser tispira lill-Grupp tal-Euro biex jaġixxi b’mod aktar dinamiku. Donald Tusk, President tas-Summit tal-Euro

Summits tal-Euro preċedenti

Fis-Summit tal-Euro preċedenti f'Ġunju, il-mexxejja tal-UE adottaw l-ewwel sett ta' deċiżjonijiet dwar ir-riforma tal-UEM, inkluż ir-rwol tal-MES u l-ikkompletar tal-unjoni bankarja. Huma taw kompitu lill-Grupp tal-Euro biex iħejji t-termini ta' referenza tal-garanzija ta' kontinġenza komuni u jaqbel dwar dokument dwar il-kondizzjonijiet (term sheet) tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) sa Diċembru 2018.

F'Diċembru 2017, il-mexxejja tal-UE qablu li l-ħidma għandha tikkonċentra fuq oqsma fejn hemm l-akbar konverġenzi tal-fehmiet. Progress pass pass fi kwistjonijiet bħall-ikkompletar tal-unjoni bankarja, u l-iżvilupp tal-MES għandu jsaħħaħ b'mod sinifikanti r-reżiljenza tal-UEM.

Ir-riforma taż-żona tal-euro hija parti mill-Aġenda tal-Mexxejja, programm ta' ħidma konkret li għandu l-għan li jiżblokka u li jsib soluzzjonijiet għall-isfidi u l-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE. L-Aġenda tal-Mexxejja tħejjiet mill-President Tusk, fuq talba tal-mexxejja tal-UE f'laqgħa f'Tallinn, l-Estonja, f'Settembru 2017 u tiggwida l-azzjonijiet tal-UE għas-sentejn li ġejjin.

Summit tal-Euro spjegat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025