- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 26/01/2015, 26 ta' Jannar 2015
Riżultati ewlenin
Id-dħul tal-Litwanja fiż-żona tal-euro
Il-ministri ddiskutew l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015. Huma qalu li l-bidla mil-litas għall-munita unika seħħet bla xkiel u b'suċċess. Enfasizzaw ukoll l-irkupru impressjonanti tal-pajjiż mill-kriżi finanzjarja.
Il-ministru għall-finanzi tal-Litwanja, Rimantas Šadžius, attenda l-laqgħa għall-ewwel darba bħala membru sħiħ.
L-elezzjonijiet fil-Greċja
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni fil-Greċja wara l-elezzjoni ġenerali tal-25 ta' Jannar 2015. Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem qal li l-Grupp tal-Euro lest biex jaħdem mal-gvern il-ġdid.
Il-Grupp tal-Euro biħsiebu jiddiskuti s-sitwazzjoni attwali tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja fil-laqgħa tiegħu li jmiss fi Frar 2015.
Rieżami tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji
Il-Grupp tal-Euro laqa' b'sodisfazzjon il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea li l-abbozz aġġornat tal-baġit tal-Latvja jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni dwar l-abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Latvja għall-2015.
Il-ministri ddiskutew ukoll il-proċess ta' segwitu fir-rigward tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji li kienu qed jitqiesu f'periklu li ma jirrispettawx ir-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir f'Diċembru 2014. Il-Kummissjoni ser tippreżenta l-valutazzjoni aġġornata tagħha sa tmiem Frar.
Valutazzjoni taż-żona tal-euro mill-FMI
Il-Fond Monetarju Internazzjonali pprovda lill-ministri l-valutazzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro.
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta wkoll il-ħtieġa għal azzjoni deċiżiva mill-istati membri taż-żona tal-euro biex iżidu t-tkabbir u l-impjiegi u biex isaħħu l-potenzjal tal-ekonomiji tagħhom.
Il-ministri kellhom diskussjoni qasira dwar ir-rieżami tal-governanza fiż-żona tal-euro. Id-diskussjoni saret bi tħejjija għal-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE, li ser issir fi Frar 2015 u ser tiddiskuti s-sitwazzjoni attwali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025