Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 16/02/2015, 16 ta' Frar 2015

Riżultati ewlenin

Greċja

Il-ministri tal-finanzi taż-żona tal-euro ltaqgħu biex jiddiskutu t-triq ’il quddiem għall-Greċja fil-kuntest tal-iskadenza imminenti tal-programm ta' aġġustament ekonomiku attwali tal-pajjiż. Id-diskussjonijiet kienu bbażati fuq il-ħidma teknika li saret matul dawn l-aħħar jiem, fejn ġew indikati d-differenzi bejn il-programm attwali u l-pjanijiet tal-gvern Grieg. 

L-aqwa triq ’il quddiem hija estensjoni tal-programm attwali” Jeroen Dijsselbloem, President tal-Grupp tal-Euro

“L-aqwa triq ’il quddiem hija estensjoni tal-programm attwali”, qal Jeroen Dijsselbloem, il-President tal-Grupp tal-Euro, fil-konferenza stampa wara l-laqgħa. Huwa kompla billi enfasizza li kien hemm livell ta’ flessibbiltà fi ħdan il-programm, li jista’ jiġi nnegozjat bejn il-Greċja u l-istituzzjonijiet. 

Dawn in-negozjati jistgħu jibdew meta l-awtoritajiet Griegi jressqu talba għal estensjoni tal-programm akkumpanjata minn sett ċar ta’ impenji deskritti mill-ministri matul il-laqgħa. 

Ħlas lura antiċipat tas-self tal-Portugall mill-FMI  

Il-Grupp tal-Euro ta l-approvazzjoni politika tiegħu għat-talba tal-Portugall biex jagħmel ħlas lura antiċipat ta’ parti mis-self tiegħu mill-Fond Monetarju Internazzjonali.  Dan il-pass ser jippermetti lill-Portugall li jiffranka b'mod sinifikanti mill-pagamenti tal-imgħax.     

Ċipru

Il-ministri ddiskutew il-programm ta’ aġġustament ekonomiku ta' Ċipru li għaddej bħalissa. Huma appellaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'Ċipru biex jimplimentaw il-leġislazzjoni ta’ esklużjoni malajr kemm jista’ jkun. Il-liġi, li hija rekwiżit ewlieni tal-programm attwali, ser tħalli lill-banek jiġġestixxu s-self tagħhom li ma jistax jiġi rkuprat u jnaddfu l-karti tal-bilanċ tagħhom. Dan imbagħad ser jgħin biex jerġa’ jkun hemm fluss ta’ kreditu fl-ekonomija. 

L-implimentazzjoni tal-liġi hija meħtieġa biex il-programm jerġa’ lura fid-direzzjoni t-tajba.

Is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro

Il-Ministri ddiskutew il-previżjonijiet reċenti għax-xitwa tal-Kummissjoni Ewropea għaż-żona tal-euro. Huma tennew il-ħtieġa li jkomplu għaddejjin ir-riformi strutturali u l-investimenti biex ikun appoġġat it-tkabbir fit-tul. 

L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Il-President tal-Grupp tal-Euro informa lill-ministri dwar id-diskussjonijiet dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja li saru waqt is-summit informali fit-12 ta’ Frar 2015. Is-Sur Dijsselbloem informa lill-ministri dwar il-ħidma li għaddejja fuq ir-'rapport tal-erba’ presidenti' li ser jistabbilixxi modi kif għandha tissaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Abbozzat mill-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-Euro, ir-rapport hu mistenni joħroġ f'Ġunju. 

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025