Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 06/11/2014, 6 ta' Novembru 2014

Il-Grupp tal-Euro jappoġġa linja ta' kreditu prekawzjonarja għall-Greċja

Fis-6 ta' Novembru, il-ministri tal-Grupp tal-Euro ddiskutew fi Brussell is-segwitu għall-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja. Huma appoġġaw l-għoti ta' linja ta' kreditu prekawzjonarja lill-Greċja. 

Id-diskussjoni dwar is-segwitu għall-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja saret wara li Gikas Hardouvelis, il-Ministru Grieg għall-Finanzi, stabbilixxa l-pożizzjoni tal-gvern Grieg.  

Fid-dawl ta' sentiment ta' fraġilità fis-suq u tar-riformi diffiċli li qed jitħejjew, il-ministri appoġġaw bis-sħiħ linja ta' kreditu prekawzjonarja li għandha tiġi estiża lill-Greċja. Dan jista' jsir permezz tal-Linja ta’ Kreditu b’Kundizzjonijiet Imsaħħa (ECCL) tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà ladarba jintemm il-programm attwali.

Il-linja ta' kreditu ser tappoġġa l-isforzi tal-Greċja biex terġa' tikseb l-aċċess sħiħ għas-suq u tibni fuq il-kisbiet tal-programm attwali. Id-dettalji tal-linja ta' kreditu u l-kondizzjonijiet marbuta magħha ser jiġu determinati fil-ġimgħat li ġejjin abbażi tar-rieżami finali tal-programm attwali. Il-ministri qablu li l-Fond Monetarju Internazzjonali għandu jibqa' jkun involut.

"L-aħħar data ekonomika tenfasizza l-ħtieġa għal azzjonijiet politiċi deċiżivi mill-gvernijiet"
Jeroen Dijsselbloem, President tal-Grupp tal-euro

 

Progress fir-riformi f'Ċipru

Il-ministri laqgħu l-progress li sar mill-awtoritajiet Ċiprijotti fit-twaqqif ta' qafas legali effettiv għar-ristrutturar tad-dejn privat. Dan għandu jwitti t-triq għat-tlestija tal-ħames rieżami tal-programm Ċiprijott.

Il-Kummissjoni tippreżenta t-tbassir għall-ħarifa

Il-Grupp tal-Euro evalwa s-sitwazzjoni ekonomika abbażi tat-tbassir tal-Kummissjoni għall-ħarifa. Il-ministri qiesu li t-telf fir-ritmu tat-tkabbir hu kawża ta' tħassib. Huma tennew il-ħtieġa għal taħlita kredibbli ta' politika fiskali sana, riformi strutturali u investiment akbar. Kollha qablu dwar il-ħtieġa li l-governanza ekonomika taż-żona tal-euro tkompli titjieb.

Il-Grupp tal-Euro ser jiddiskuti l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji f'laqgħa apposta aktar tard din is-sena. 

Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tal-Euro hija skedata għat-8 ta' Diċembru 2014.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025