- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 20/02/2015, 20 ta' Frar 2015
Riżultati ewlenin
Greċja
Il-ministri għall-finanzi taż-żona tal-euro qablu li jqisu l-estensjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Greċja, magħrufa formalment bħala l-Ftehim Kwadru dwar il-Faċilità ta’ Assistenza Finanzjarja, għal massimu ta’ 4 xhur. Dan wara talba mill-awtoritajiet Griegi li saret fid-19 ta’ Frar.
Fit-23 ta' Frar il-gvern Grieg se jippreżenta l-ewwel lista ta’ miżuri ta’ riforma skont il-ftehimiet eżistenti.
Din se tiġi eżaminata mill-istituzzjonijiet biex jiddeterminaw jekk hix komprensiva biżżejjed biex tkun punt ta’ tluq validu għal konklużjoni b’suċċess tal-eżami tal-programm attwali tal-Greċja.
Konklużjoni b’suċċess tal-eżami tippermetti l-iżborż tal-porzjon pendenti tal-programm attwali tal-EFSF.” Jeroen Dijsselbloem, President tal-Grupp tal-Euro
“Konklużjoni b’suċċess tal-eżami tippermetti l-iżborż tal-porzjon pendenti tal-programm attwali tal-EFSF", qal il-President tal-Grupp tal-Euro, Jeroen Dijsselbloem, fil-konferenza stampa wara l-laqgħa.
Valutazzjoni pożittiva tal-pjanijiet ta’ riforma mill-istituzzjonijiet tippermetti lill-pajjiżi taż-żona tal-euro jilħqu deċiżjoni aħħarija dwar l-estensjoni sat-tmiem ta’ Frar.
Id-diskussjonijiet saru fil-kuntest tal-iskadenza tal-assistenza finanzjarja attwali lill-Greċja fit-28 ta’ Frar.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025