- Grupp tal-Euro
Grupp tal-euro, 08/12/2014, 8 ta' Diċembru 2014
Il-Grupp tal-euro jappoġġa l-estensjoni ta' xahrejn għall-programm tal-Greċja
Il-ministri tal-Grupp tal-euro waqt laqgħa fi Brussell fit-8 ta' Diċembru ddiskutew il-progress fir-rigward tat-twettiq tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja. Huma appoġġaw l-għoti ta' estensjoni ta' xahrejn lill-Greċja biex twettaq il-programm.
Il-Grupp tal-euro laqa' l-progress li sar mill-awtoritajiet Griegi fir-rigward tat-twettiq tal-ħames reviżjoni tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja. Il-ministri qablu li minkejja dan il-progress, mhux ser ikun possibbli li din ir-reviżjoni titwettaq sal-aħħar tas-sena. Għalhekk huma appoġġaw l-għoti ta' estensjoni ta' xahrejn lill-Greċja għall-programm tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF).
Il-Grupp tal-euro issa jistenna t-talba formali mill-awtoritajiet Griegi għal estensjoni sabiex ir-reviżjoni tkun tista' titlesta kmieni fl-2015. Din it-talba hija mistennija tinkludi impenn inekwivoku fir-rigward tat-twettiq tar-riformi kollha meħtieġa mill-programm attwali. It-twettiq ta' dawn ir-riformi ser twitti t-triq għall-iżborż finali ta' €1.8 biljun mill-EFSF.
Il-Grupp tal-euro tenna mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-għoti ta' linja ta' kreditu prekawzjonarja tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà lill-Greċja. Huwa rrakkomanda wkoll l-estensjoni tal-perijodu ta' disponibbiltà tal-fondi EFSF intiżi għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek sal-aħħar ta' Frar 2015.
Il-Grupp tal-euro jeżamina l-abbozz ta' pjani baġitarji tal-istati membri
Il-Grupp tal-euro laqa' r-riżultat inġenerali li l-gvernijiet taż-żona tal-euro qed ikollhom defiċits aktar baxxi u li l-livelli tad-dejn qed jistabbilizzaw ruħhom. Il-ministri saħqu dwar il-ħtieġa li jkomplu jiġu indirizzati l-livelli għoljin ta' dejn u qgħad. Huma nnutaw b'sodisfazzjoni li għadd ta' abbozz tal-baġits kienu jinkludu pjani sabiex jonqos il-piż fiskali fuq ix-xogħol.
Il-Grupp tal-euro ddiskuta l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-abbozz tal-baġits ta' seba' stati membri huma f'riskju ta' nonkonformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST). Il-ministri laqgħu l-fatt li l-impenn magħmul mis-seba' pajjiżi kollha li jimplimentaw il-miżuri jiżgura konformità mal-PST.
Il-Grupp tal-euro ser jiddiskuti l-kwistjoni f'Marzu 2015 abbażi ta' valutazzjonijiet ta' segwitu mill-Kummissjoni.
Il-laqgħa tal-Grupp tal-euro li jmiss hi skedata għas-26 ta' Jannar 2015.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025