Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 22/06/2015, 22 ta' Ġunju 2015

Riżultati prinċipali

Il-Grupp tal-Euro kellu laqgħa qasira bi tħejjija għal-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern taż-żona tal-euro (is-Summit taż-Żona tal-Euro) li saret dakinhar stess, filgħaxija. 

Il-Grupp tal-Euro laqa’ b’mod ġenerali verżjoni ġdida tal-pjan ta’ riforma mressaq mill-awtoritajiet Griegi filgħodu, qabel il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro, u rah bħala pass pożittiv fil-proċess. 

Il-Grupp tal-Euro talab lill-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali) biex jibdew janalizzaw il-proposta l-ġdida u flimkien mal-awtoritajiet Griegi jfasslu lista ta’ azzjonijiet preliminari bil-ħsieb li jintlaħaq qbil finali dwar il-pjan ta’ riforma aktar tard din il-ġimgħa.

Il-Grupp tal-Euro jista’ jkollu laqgħa oħra din il-ġimgħa. 

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025