Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 25/06/2015, 25 ta' Ġunju 2015

Eżitu

Il-Grupp tal-Euro ngħata aġġornament dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati intensivi bejn l-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali) u l-awtoritajiet Griegi dwar il-pjan ta' riforma komprensiv tal-Greċja. 
 
Il-ftehim dwar il-pjan huwa prekondizzjoni għal tlestija b'suċċess tar-rieżami attwali tal-programm li għaddej tal-Greċja u biex tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja li jonqos. Il-ftehim bejn il-Greċja u l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2015.
 
Il-ministri qablu li l-istituzzjonijiet jivvalutaw l-aktar proposti reċenti mill-awtoritajiet Griegi, li ġew ippreżentanti fil-25 ta' Ġunju, qabel il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro.
 
L-istituzzjonijiet infurmaw lill-Grupp tal-Euro li l-pożizzjonijiet għadhom differenti dwar għadd ta' kwistjonijiet. Il-ministri stiednu lill-awtoritajiet Griegi biex jaċċettaw il-proposta mill-istituzzjonijiet. 
 
Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem ser jinforma lill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern dwar l-istat attwali fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ssir fl-istess jum  (25 ta' Ġunju 2015).
 
Aktarx li l-Grupp tal-Euro ser jerġa' jiltaqa' nhar is-Sibt, 27 ta' Ġunju 2015.


Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025